Barranin
Il-kap tas-Samsung jeħel sentejn u nofs ħabs fuq tixħim u serq

Qorti fil-Korea t’Isfel ikkundannat lill-Kap ta’ Samsung Electronics, Lee Jae Yong sentejn u nofs ħabs fi skandlu kbir ta’ korruzzjoni li heżżeż il-kumpanija li tikkontribwixxi kważi kwart tal-ġid nazzjonali tal-ekonomija Koreana.

Il-Viċi Chairman ta’ Samsung instab ħati ta’ tixħim u serq b’rabta mal-iskandlu li wassal biex il-President, Park Geun-hye, tneħħiet mill-kariga minħabba tixħim u korruzzjoni.

Lee kien qed imexxi s-Samsung Electronics għal dawn l-aħħar sitt snin, u s-sentenza ta’ ħabs mistennija jkollha impatt fuq ir-rwol li se jkollu fit-tmexxija tal-kumpanija.