Qorti
Il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia

Fix-xhieda tiegħu waqt l-inkjesta pubblika indipendenti fid-delitt tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà Joseph Bugeja qal li l-MSS kien jiddiskuti l-investigazzjonijiet waqt il-Kunsill tas-Sigurta li jinkludi fih l-Prim Ministru, l-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Ministru tal-Intern u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarju Permanenti Ewlieni. Qal ukoll li hemm kumitat ieħor immexxi minn Imħallef li kull sena jagħmel rapport dwar il-ħidma tal-MSS.

Għal mistoqsijiet tal-avukati tal-familja Caruana Galizia, is-sur Bugeja ikkonferma li s-sur Cutajar kien ikun prezenti għalkemm il-ligi ma tipprovdix għal dan. Is-sur Bugeja spjega lil bord tal-inkjesta presedut mill-Imhallef emeritu Michael Mallia, l-ħidma tas-servizz tas-sigurtà u l-proċeduri tal-interċettar tat-telefonati għalkemm fuq każi specifiċi talab li dawn jingħataw wara bibien magħluqa.

Is-sur Bugeja li ilu ħames snin imexxi s-servizz tas-sigurtà qal li huma jaħdmu fost oħrajn mal-Pulizija, mal-Forzi Armati u mad-Dwana. Iddeskriva relazzjoni mal-Pulizija bħala tajba ħafna. Stqarr li l-ħidma tagħhom mhux dejjem tkun ikkomunikata lill-Kummissarju tal-Pulizija iżda li taqsimiet tal-pulizija li jkollhom x’jaqsmu magħha.

Mistoqsi fuq in-numru ta’ nies li jaħdmu għas-servizz tas-sigurta s-sur Bugeja qal li ma setgħax jiżvela dan minħabba n-natura tax-xogħol. Qal li s-Servizz tas-Sigurtà jaqdi diversi funzjonijiet fosthom li jipproteġi kull ċittadin li jkun f’mira ta’ theddid u li jipproteġi lil pajjiż kontra attaki terroristiċi, spjunaġġ, kriminalità organizzata u theddid ieħor għas-sigurta pubblika.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija nnota s-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa dwar il-Coronavirus. Qal li din hi materja ta’ interess nazzjonali u b’hekk offra l-appoġġ kollu lill-awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżna, lill-awtoritajiet portwali, u…

Stejjer Umani

Alistair Degiorgio, li għandu l-kundizzjoni tad-dwarfism, esprima ma’ TVM il-weġgħa li ħass meta ra l-filmat tat-tifel Awstraljan Quaden, li għandu l-istess kundizzjoni bħalu u li kien qed jibki għax qed…

Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Aktar