Budget2021
“Il-Kapijiet jinbidlu, l-Oppożizzjoni le” – Partit Laburista

Il-Partit Laburista qal fi stqarrija li d-diskors ta’ Dr Grech illejla kien konferma oħra ta’ minkejja l-bidla fil-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni baqgħet l-istess: imdejqa b’pajjiżna u mingħajr ideat.

Intqal li għal iktar minn sagħtejn kien ċar li Dr Grech kien qed jaqra script li ħejjilu minn poġġih hemm u kellu diskors negattiv li uża s-saħħa għal logħba partiġjana tiegħu. Intqal li Dr Grech spiċċa jbeżża’ bid-defiċit u staqsa liema inizjattivi kien inaqqas biex ma jiżdiedx id-defiċit.

L-istqarrija ttemm tgħid li jekk għal Dr Grech fl-2013 il-pajjiż kien aħjar it-tweġiba jagħtuha l-Maltin u l-Għawdxin.