Barranin
Auckland fi New Zealand f’lockdown wara li feġġew 4 każi ġodda ta’ Covid-19

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ.

Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland wara li erba’ membri tal-istess familji rriżultaw pożittivi għall-virus.

Ir-restrizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ illum sakemm l-awtoritajiet jagħmlu kuntatt mal-kuntatti kollha tal-familja.

Ir-residenti ta’ Auckland intalbu jibqgħu ġewwa, in-negozji li mhumiex essenzjali se jibqgħu magħluqa u r-restrizzjonijiet tad-distanza soċjali se jerġgħu jidħlu fil-bqija tal-pajjiż.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern ipposponiet ix-xoljiment tal-parlament għal nhar it-Tnejn.

Qalet li għadha ma ħaditx deċiżjoni dwar jekk tipposponix l-elezzjoni skedata għad-19 ta’ Settembru.

Aħbarijiet Oħra

Mara tqila fi Florida, fl-Istati Uniti, ma ħasbithiex darbtejn biex taqbeż fil-baħar u ssalva lil żewġha hekk kif ratu jiġi attakkat minn kelb il-baħar. Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda, meta…

Uffiċjali indipendenti liċenzjati mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta,…

Minn għada se tibda tasal it-tilqima tal-influwenza u se tkun qed tingħata b’xejn lil kulħadd fl-irħula u bliet Maltin u Għawdxin minn Ottubru li ġej. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru…

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 42 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,303 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 18-il persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Aktar