Qorti
Il-Kaptan tal-MV Lifeline immultat €10,000 – appell biex jingħataw għall-karità

Il-Kaptan tal-bastiment tas-salvataġġ MV Lifeline, Claus Peter Reisch, instab ħati li kien qed jopera bastiment li ma kienx irreġistrat kif suppost. Huwa iżda ma nstabx ħati li uża l-vapur għal skop kummerċjali.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, kellha kliem iebes għad-dewmien fil-proċeduri. Filwaqt li rrikonoxxiet li kienet tat żmien lill-Kaptan biex iżur lil ommu fil-Ġermanja, qalet li l-ikbar dewmien kien ġej mill-awtoritajiet Olandiżi, li damu mat-tliet xhur biex bagħtu l-informazzjoni mitluba. Meta t-tagħrif eventwalment wasal, dan kien bl-Olandiż u kellu jiġi tradott.

Il-Qorti qalet li tistenna iktar koperazzjoni mill-awtoritajiet barranin f’każijiet bħal dawn ta’ importanza globali.

Dwar il-bastiment, il-Qorti stabbiliet li l-Kaptan Reisch ma kienx is-sid tiegħu, iżda li dan kien jgħajjat lill-għaqda Mission Lifeline, li hija entità rreġistrata skont il-liġi fil-Ġermanja. Għalhekk il-Qorti qalet li ma tistax tilqa’ t-talba tal-prosekuzzjoni biex tordna s-sekwestru tiegħu.

Il-Qorti qalet li piena ta’ ħabs qatt ma kienet ġiet ikkunsidrata minnha, għaliex mill-ewwel fehmet in-natura tal-każ. Qalet li Reisch għandu kondotta nadifa, u dejjem irrispetta l-kundizzjonijiet tal-Qorti, anki meta tħalla jsiefer biex jara lil ommu qabel ma mietet.

Għalhekk il-Qorti kkonkludiet li l-piena ġusta f’dan il-każ hija multa, u b’hekk ordnat lil Reisch iħallas is-somma ta’ €10,000. Il-Qorti rrakkomandat lill-Gvern biex dawn il-flus jitqassmu b’mod indaqs bejn is-Sorijiet tal-Ursolini, is-Sależjani ta’ Dun Bosco, Dar Emmaus f’Għawdex, u Dar Merħba Bik.

Ara wkoll:

Tal-Lifeline jgħidu li kien ikun aħjar kieku l-immigranti twieldu klieb

Crew tal-bastiment Lifeline jitfa’ r-responsabbiltà tal-imwiet tal-immigranti fuq il-politiċi

Jallega li omm il-kaptan tal-MV Lifeline ma kinitx l-unika raġuni għala ried imur il-Ġermanja

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Qorti

Malti ta’ 36 sena ġie akkużat li l-Ġimgħa u fil-jiem ta’ qabel f’Ħal Għaxaq hedded u kkawża biża’ lil oħtu. Il-Pulizija xlietu wkoll li ta fastidju u li kkawża vjolenza…

Politika

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din…

Aktar