Barranin
Il-Kardinal George Pell jirbaħ l-appell u jinħeles mill-ħabs

Il-Kardinal George Pell inħeles mill-ħabs wara li rebaħ l-appell u l-Ogħla Qorti Awstraljana bidlet is-sentenza tiegħu.

Fl-2018, l-ex teżorier tal-Vatikan, li għandu 78 sena, kien instab ħati li lura fis-snin disgħin kien abbuża minn żewġ subien ta’ 13-il sena f’Melbourne. Is-sena l-oħra huwa kien weħel sitt snin ħabs.

Madankollu, l-Ogħla Qorti fl-Awstralja temmet din is-sentenza b’mod immedjat. Dan wara li qalet li l-ġurija ma kinitx ikkunsidrat sewwa l-evidenza kollha li kienet ġiet preżentata.

Min-naħa tiegħu, sa mill-bidu lura fl-2017, meta kien ġie akkużat mill-Pulizija, huwa dejjem baqa’ jisħaq l-innoċenza tiegħu.

Il-każ tiegħu kien ħasad il-Knisja hekk kif huwa kellu rwol importanti fil-Knisja fost l-oħrajn konsulent tal-Papa.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar