Politika
Il-Kardinal Mario Grech iżur lill-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Kardinal Mario Grech żar lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fid-Dar Ċentrali. Dr Grech qallu li jilqgħu fid-dar minn fejn il-Partit Nazzjonalista jaħdem biex jagħmel il-ġid għall-pajjiż.

Bernard Grech feraħ lill-Kardinal Mario Grech għal din il-kariga fi ħdan il-Knisja u sostna li hi kariga ta’ piż kbir. Bernard Grech qal li m’għandux dubju li l-kardinal Mario Grech se jkun qed jagħti kontribut siewi lill-Knisja.

Min-naħa tiegħu l-Kardinal Mario Grech irringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni tal-impenn tiegħu ta’ sħabu. Sostna li għandu stima kbira lejn kull min jidħol fil-politika b’impenn minħabba li jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.

Mario Grech qal li se jkompli jsostni lill-politiċi spiritwalment bit-talb u qal li jittama li l-Mulej ikun ta’ gwida għalihom.