Lokali
Il-Karmelitani Beltin ifakkru l-125 anniversarju minn meta s-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu ngħata d-dinjità ta’ Bażilika Minuri

Il-COVID-19 ħassret diversi festi iżda żgur ma ħasritx minn qalb il-Beltin u l-Karmelitani Maltin l-avveniment storiku  tal-125 sena anniversarju minn meta s-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu ngħata d-dinjità ta’ Bażilika Minuri u żżejjen bl-insinji tat-Tintinabblu, l-Umbrellun u anke s-Salib u l-Artal Papali.

Għall-Karmelitani Maltin u l-Beltin dan huwa jum ieħor imnaqqax b’ittra tad-deheb. Minkejja li l-COVID-19 ħassret il-pjanijiet kollha li kien hemm, il-komunità Karmelitana fil-Belt se xxandar trasmissjonijiet live fuq il-paġna ta’ Facebook Carmelite Priory Valletta mis-6pm ‘il quddiem.

Ara d-dokumentarju li l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu ħejjiet dwar l-istorja ta’ dan l-avveniment storiku:

125 Sena Bażilika: Nisġa ta' Storja u Devozzjoni

125 Sena Bażilika: Nisġa ta' Storja u DevozzjoniLejlet il-125 sena anniversarju minn meta s-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu ngħata d-dinjità ta' Bażilika Minuri, l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu qed tippubblika d-dokumentarju dwar din il-ġrajja storika.Id-dokumentarju jiċċelebra dan l-avveniment u jfakkar f'dak li wassal biex is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu ngħata d-dinjità ta' Bażilika Minuri u l-festi kbar li saru 125 sena ilu

Gepostet von Festa Madonna tal-Karmnu Valletta am Dienstag, 12. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet…

Ekonomija u Finanzi

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sa April, l-iżbilanċ fil-fond konsolidat kien diġà skorra s-607 miljun ewro. Fl-istess perjodu s-sena l-oħra, l-iżbilanċ tal-gvern kien ta’ 144 miljun ewro. Dan ifisser…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Statistika

Stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ekonomija Maltija kompliet tikber fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena. L-NSO qal li l-Prodott Domestiku Gross bejn Jannar u Marzu żdied 59 miljun…

Aktar