Lokali
Il-Karnival jgħin ġuvni bl-awtiżmu jemmen fih innifsu

Ġuvni ta’ 24 sena bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, isib l-akbar żvog tiegħu bil-bini tal-karru tal-karnival għax jesprimi t-talent artistiku tiegħu. Għal Fletcher Cini, ir-renju tal-karnival huwa l-isbaħ żmien ta’ ħajtu, għaliex juri l-ħila tiegħu meta jibni karru kważi waħdu bl-appoġġ ta’ missieru Jesmond.

Ir-renju tal-Karnival għandu faxxinu speċjali għal Fletcher Cini li jesprimieh b’entuzjażmu waqt l-isfilata ta’ kull karnival mindu kif żgħir. Fletcher li għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu, u jsibha diffiċli anki biex jikkomunika sew, iħossu li l-kanivall jagħti l-akbar żvog biex juri t-talenti tiegħu waqt li ma’ missieru Jesmond jibni l-karru għall-isfilata.

Jesmond Goodlip qal “għalkemm bi bżonnijiet speċjali u autism, kapaċi fil-kartapesta, ġebel, u tafal li jaraw għajnejh jagħmel, jien infassal parti mill-karru u nsibu miksi u mqabbeż”.

Fletcher bħall-bqija tal-karristi għaddej bix-xogħol biex jarma l-karru għal din is-sena u qal l-ferħ tiegħu huwa meta jara l-karru lest.

Fletcher qal “jiena nħobbu l-karnival, hekk nieħu pjaċir.”

Missieru qal li jixtieq li ibnu jkollu ċ-ċans li jkompli jitgħallem. Qal li x-xogħol fuq il-karru kien mezz importanti ta’ tagħlim għal ibnu.

Jesmond Goodlip qal “tgħallem ħafna minnu, għenu biex jiżviluppa, għadu daqsxejn imma impruvja ħafna”.

Bħalissa l-karristi f’diversi mħażen fosthom f’Sant Iermu u fil-Marsa għaddejjin bix-xogħol fuq il-karrijiet li jikkompetu f’diversi kategoriji. Minbarra l-karrijiet, għaddejja wkoll il-ħjata tal-kostumi elaborati li jpaxxu l-għajn ta’ kull min isegwi ż-żfin tal-karnival. Il-karnival din is-sena se jsir bejn it-28 ta frar u l-5 ta’ Marzu.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Ilbieraħ, f’Sibt il-Għid, il-Bormliżi inawguraw l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Ma’ TVM ir-restawratriċi Valentina Lupo kienet spjegat li l-istatwa kellha erba’ problemi, fosthom diversi qsim fl-injam. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk Lvant ser ikun qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-għaxra tal-lejla u terġa’ tiġġedded kif meħtieġ.

Aktar