Kultura
Il-karnival spontanju tan-Nadur se jixxandar dirett fuq TVM

Għall-ewwel darba l-karnival spontanju tan-Nadur Għawdex se jixxandar dirett fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, waqt li ħabbar l-attivitajiet tal-Karnival Organizzat u dak spontanju li jsiru fin-Nadur.

Il-Karnival spontanju tan-Nadur se jsir bejn il-21 u l-25 ta’ Frar filwaqt, li dak organizzat fl-istess raħal se jsir fis-sittax tax-xahar. Il-Ministru Camilleri qal li l-festi tal-karnival f’Għawdex jaraw influss ta’ eluf kbar ta’ nies, kemm fir-raħal tan-Nadur, kif ukoll f’Għawdex kollu. Qal li l-karnival spontanju u dak organizzat li jsiru fin-Nadur huma attività tal-massa li jattiraw madwar 900 parteċipant u fuq medda ta’ ħamest’ iljieli jattendu tletin elf viżitatur.

Il-Sindku tan-Nadur Edward Said qal li l-karnival spontanju se jżomm l-istess dati u ġranet propji tal-Karnival, filwaqt li l-karnival organizzat se jsir Ħadd qabel fis-16 ta Frar biex il-parteċipanti u viżitaturi jkollhom ċans igawdu l-attivitajiet kollha. Is-sur Said qal li l-karnival spontanju jibqa’ wieħed li jagħmluh nies, bil-kostumi minn makabri sa grotteski u kontemporanji kollha f’idejn min se jattendi.

Television Malta se jxandar il-karnival spontanju nhar is-Sibt 22 ta’ Frar bejn l-għaxra u nofsillejl.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

53 impjegat minn kumpanija privata li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID19, se jxammru l-kmiem biex jaħdmu fuq progetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi. Għall-impjegati tal-kumpanija Ozo Malta li xogħolhom jiddependi…

COVID-19

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hemm bżonn pakkett finanzjarju ieħor mill-Gvern biex itaffi d-daqqa li l-pandemija qed tikkawża lill-ekonomija. Il-Kamra ppreżentat il-proposti aġġornati tagħha lill-Gvern u sejħet għall-għajnuna addizzjonali li stmat…

COVID-19

It-terremot ekonomiku li ġabet il-pandemija jista’ jirvina bosta negozji. Madankollu l-istint imprenditorjali li wieħed jadatta għar-realtajiet ġodda jispikkaw f’dawk li ħabblu moħħhom u ħadu inizjattivi biex jibqgħu jdawru r-rota. Fost…

Lokali

Il-Kamra tal-Kummeċ sejħet biex tingħata spjegazzjoni dettaljata u trasparenti dwar il-kuntratt li sar ħames snin ilu minn Project Malta biex l-Istitut tal-Istudji Turistiċi jgħaddi f’idejn il-grupp DB għal proġett turistiku,…

Aktar