Lokali
Il-karozza bomba tal-Bidnija tixbaħ l-isplużjoni ta’ Buġibba iżda kienet ikbar – Dr Abela Medici

L-espert forensiku Dr Anthony Abela Medici qal li l-isplużjoni li ħasdet il-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia kienet tant qawwija li ħalliet toqba kbira ta’ żewġ metri bi kwart ta’ metru fond.

Ma’ tvm.com.mt Dr Abela Medici qal li l-bomba setgħet twaħħlet jew taħt il-karozza jew taħt is-seat.

Stqarr li l-bomba setgħet ġiet attivata minn xi tip ta’ remote control jew billi nqabdet mal-istarter tal-karozza. Madankollu stqarr li l-possibbilità li kienet imqabbda mal-istarter tal-karozza hija remota għax ried ikollhom aċċess għall-bonnet tal-karozza.

Huwa spjega li  l-isplussiv ħalla warajh toqba kbira u dan jista’ jipprovdi evidenza ta’ x’tip ta’ splussiv kien. Stqarr li hemm ċans li jekk tiġi eżaminata sew it-toqba jistgħu jinstabu traċċi tal-isplussiv.

Qal li x-xhieda fuq il-post li nstemgħu żewġ splużjonijiet tista’ tgħin ħafna fl-investigazzjoni .

L-espert forensiku qal li dan l-isplussiv li ntuża jixbah lil dak li ntuża fl-isplużjoni ta’ Buġibba fejn is-saqaf kien tar tliet sulari. Madankollu huwa osserva li l-isplussiv li ntuża llum kien ħafna aktar qawwi minn ta’ Buġibba. Żied jgħid li l-għan ta’ dan l-attakk kien dirett li joqtol u dan joħroġ mill-qawwa tal-isplussiv li ntuża.

Huwa sostna li min-naħa tagħhom l-esperti jipprovaw iżommu kull tip ta’ evidenza hekk kif anke lanqas farka minn xi mowbajl u sim card jistgħu jkunu ta’ evidenza kbira.

Dr Abela Medici qal li jekk saret xi komunikazzjoni bil-mowbajl f’dik iż-żona tista’ tiġi ttraċċata u minn hemm ikun hemm possibiltà li jiġi ddentifikat is-sors ta’ minn fejn ġiet it-telefonata.

Temm jgħid li l-esperti forensiċi tal-FBI għandhom tagħmir aktar sofistikat minn dak li hawn f’Malta u wera ottimiżmu li jistgħu jsibu traċċi ta’ min seta’ għamel il-bomba.

Segwi hawnhekk il-kummenti li l-espert forensiku Dr Anthony Abela Medici ta fl-Aħbarijiet ta’ TVM:

 

Ara wkoll:

ARA: Il-Pulizija tippreserva x-xena tar-reat mill-elementi naturali

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018: THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ esprima l-fiduċja tiegħu fil-ħaddiema tal-Financial Intelligence Analysis…

Lokali

Il-Parlament ta l-approvazzjoni finali għall-emendi fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijun li ghaddew b’34 vot favur u 27 vot kontra. Qabel ittieħed il-vot, il-Whip tal-Gvern informa lill-Kamra li tliet deputati tal-Gvern kienu…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Aktar