Infrastruttura
Il-karozzi jgħaddu minn taħt il-flyover il-ġdid tal-Marsa għall-ewwel darba

Tibdil fil-karreġġjati li jagħtu għan-naħa ta’ fuq wassal biex għall-ewwel darba l-karozzi jgħaddu minn taħt l-ewwel parti tal-flyover li qed jinbena.

Dawk li llum għaddew mill-junction tal-Marsa setgħu jinnutaw li l-karreġġjati nbidlu kemmxejn hekk kif wieħed jgħaddi minn quddiem il-kumpless ONE.

Kelliem għal Infrastructure Malta qal li minkejja li l-karreġġjati ċċaqalqu, inżamm l-istess ammont.

Barra minn hekk, dan it-tibdil mhux marbut mad-direzzjoni, fejn wieħed m’għandux bżonn jagħżel minn qabel il-karreġġjata skont fejn irid imur, bħal ma kien il-każ tal-karreġġjati lejn in-naħa t’isfel.

Il-kelliem fakkar li bħalissa fil-partijiet fejn għaddej ix-xogħol, is-sewwieqa dejjem għandhom iżommu ħeffa ta’ mhux iktar minn 30 km fis-siegħa, biex b’hekk ikunu dejjem ippreparati għal xi tibdil li jistgħu jsibu fil-karreġġjati.

Sadanittant, il-Kap Eżekuttiv Frederick Azzopardi qal li ma kien hemm l-ebda vaganza ta’ Santa Marija għall-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-proġett tal-junction tal-Marsa.

Fuq il-midja soċjali l-Inġinier Azzopardi qal li matul il-lejl li għadda l-kuntratturi poġġew 277 tunnellata ta’ konkrit biex jiffurmaw il-wiċċ ta’ wieħed mis-seba’ flyovers li se jinbnew hawnhekk. Ma’ dan il-wiċċ, li se jkun fih erba’ karreġġjati, se jingħaqdu 3 flyovers oħra.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Disk Jockey Ingliż kien Malta għal vaganza mas-sieħba tiegħu, li għal ftit ma ntemmitx fi traġedja. Huwa waqa’ m’għola erba’ sulari mill-gallarija tal-kamra tiegħu fil-lukanda Seabank, fil-Mellieħa. L-inċident seħħ fil-15…

Attività

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għas-servizz pubbliku, matul il-ġurnata tal-Ħadd id-dipartiment tad-Dwana fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku f’Xatt Lascaris il-Belt. B’hekk il-pubbliku seta’ jara mill-qrib il-ħidma tal-uffiċjali tad-Dwana, li huwa dipartiment fi ħdan il-Ministeru…

Immigrazzjoni

Il-Forti Sant’ Anġlu, li għal medda ta’ snin kien l-għassies tal-kosta ta’ Malta, se jservi ta’ sfond għal-laqgħa tal-Ministri tal-Intern ta’ Malta, l-Italja, Franza u tal-Ġermanja, biex flimkien mal-Finlandja, li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kemm bl-iżviluppi li qed isiru fl-infrastuttura, u anki bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa dwar il-prezzijiet taż-żejt, il-Gvern qed jipprepara lill-pajjiż għall-futur. Il-Prim Ministru ddikjara l-fiduċja…

Aktar