Knisja Maltija
Il-karru kontroversjali ‘tal-Arċisqof’ se jinbidel

Rayvin Galea, wieħed mis-sidien tal-karru satiriku li spiċċa f’nofs kontroversja minħabba dettalji u aspetti meqjusa defamatorji fl-aħħar siegħat kellu taħditiet ma’ Festivals Malta u jinsab konvint li se tinstab soluzzjoni biex erba’ ġimgħat oħra, il-karru jinħareġ mill-maħżen fil-Floriana u jieħu sehem fl-isfilata tal-Karnival ta’ Malta.

“Aħna se naslu fiha l-biċċa xogħol jiġifieri hemm rieda min-naħa tiegħek li tbiddel xi affarijiet fih? Iva mela le, għaliex le mhux problema għalija, jiena b’dak kollu li għamilt ma ridt inweġġa’ ‘l ħadd u jekk hemm xi ħaġa li forsi jien naf stajt għamiltha naqra ħażin, nista’ nirranġaha imma jekk hemm xi ħaġa li forsi jixtiequ minħabba l-preżenza tat-tfal, hija xi ħaġa oħra imbagħad”

L-iskeċċ tal-karru li beda jdur fuq il-media soċjali qajjem kontroversja għaliex fih jidher bi prominenza l-kliem Dar San Ġużepp, l-Arċisqof u żewġt itfal.

Festivals Malta fi stqarrija qalet li għarrfet formalment lill-kumpanija tas-Sur Galea li jekk il-karru jibqa’ kif inhu, mhux se jitħalla jieħu sehem fil-Karnival tax-xahar id-dieħel.

Il-Ġimgħa waranofsinhar, uffiċjali ta’ Festivals Malta u esperti legali tagħha żaru l-maħżen fejn qed jinbena l-karru u kellhom diskussjoni mas-Sur Galea fuq l-aspetti li jinħtieġ jinbidlu biex l-espressjonijiet artistiċi u kulturali jibqgħu fil-parametri tal-liġijiet.

Is-Sur Galea qal li bidla ewlenija li se jkun qed jagħmel fil-karru hija t-tneħħija tal-kliem ‘Dar San Ġużepp’.

“X’lest li tbiddel? Dawn affarijiet li għadna qed niddiskutuhom, per eżempju l-aktar kontroversjali li kien hemm il-kliem ‘Dar San Ġużepp’ dawk se jibqgħu? Jista jkun li ma jibqgħux ukoll anzi kważi kważi nista’ mhux se jibqgħu jiġifieri.”

Waqt li lest jagħmel il-bidliet fil-karru, Rayvin Galea insista li l-karru ġie interpretat ħażin u ma jħossx li hu insensittiv għax il-messaġġ ewlieni tiegħu hu s-sejħa għall-ġustizzja mal-vittmi tal-abbużi sesswali.

Il-karrist qalilna li dan hu x’aktarx l-ewwel karru fl-istorja ta’ ħames mitt sena tal-Karnival ta’ Malta li fih hemm elementi satiriċi li jinvolvu l-Knisja.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar