Kumpaniji
Il-katina ta’ ħwienet Ġappuniżi Miniso tiftaħ il-bibien f’Malta

Il-Grupp JB, li jħaddem madwar 250 ruħ, fiż-żmien li ġej mistenni jimpjega aktar ħaddiema hekk kif ilbieraħ ġie inawgurat l-ewwel ħanut tal-linja internazzjonali Miniso f’Malta.

Id-ditta Ġappuniża Miniso tispeċjalizza fis-settur tal-wholesale u retail modern, u għandha madwar 3,900 stabbiliment imferrxin mad-dinja kollha.

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri, inawguraw uffiċjalment dan l-investiment tal-Grupp JB f’Tas-Sliema.

Il-Prim Ministru qal li huwa kruċjali li f’dan is-settur tar-retail dejjem ikun hemm ħwienet li joffru prodotti ta’ kwalità. Innota li s-sena li għaddiet il-konsum f’Malta laħaq iċ-ċifra rekord ta’ €8 biljun u żied jgħid li mill-2013 ‘l hawn kull jumejn kellna żieda ta’ tliet kumpaniji fil-qasam tal-wholesale u retail, jiġifieri kuljum inkluż il-Ħdud u festi fetaħ aktar minn ħanut wieħed bħala medja.

Id-Direttur Maniġerjali tal-Grupp JB Chris Sant qal li l-grupp qiegħed jinvesti madwar €5 miljun fi proġetti li hemm ippjanati għaż-żmien li ġej; partikolarment bil-ftuħ ta’ iżjed stabbilimenti madwar il-pajjiż kollu. Qal li dan l-investiment se jsarraf b’mod dirett fir-riżors uman, hekk kif fl-aħħar erba’ snin il-kumpanija żiedet it-total tal-impjegati tagħha b’70 ruħ u se żżid 20 persuna oħra b’effett immedjat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar