Infrastruttura
Il-katusi tal-ilma li jitqabbdu mad-drenaġġ qed joħolqu bosta problemi

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ fil-proprjetà tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca, qal lil TVM li din is-sistema, li hija illegali u li qed tintuża aktar ta’ spiss, qed tkun il-kaġun ta’ bosta problemi fis-sistemi tad-drenaġġ.

Il-Kap Eżekuttiv qal li ħafna mill-iżbroffi tad-drenaġġ qed jiġu kkawżati minħabba li f’ħafna residenzi l-ilma tax-xita minn fuq il-bjut qed jispiċċa fis-sistema tad-drenaġġ.

“In-network ta’ drenaġġ huwa ddisinjat fuq il-kwantitajiet tad-drenaġġ. Eżempju meta tagħmel ħafna xita d-drenaġġ ifur. Ħadd ma jieħu pjaċir li d-drenaġġ ifur fit-triq, imma d-drenaġġ qed ifur fit-triq għax għandna numru estensiv ta’ djar li sfortunatament għandhom l-ilma tal-bejt imqabbad mas-sistema tad-drenaġġ, li hija xi ħaġa li mhux suppost issir u ma tistax issir.”

Is-sur Bilocca qal li l-ħaddiema tal-korporazzjoni qed jiltaqgħu ma’ każi wkoll fejn meta jintlew il-bjar, l-ilma jgħaddi minn katusa u jmur fis-sistema tad-drenaġġ minflok fit-triq. “Dawn in-nies qed jidħlu f’riskju li jkun hemm ‘back flow’ ta’ drenaġġ għal ġol-bjar tagħhom, jiġifieri dawn f’temp ta’ ftit minuti l-bir inti fejn mingħalik li inti mtela’ bl-ilma tax-xita, taf ikun imtlielek bid-drenaġġ.”

Is-Sur Bilocca argumenta li dawn l-abbużi qed joħolqu problema kbira, anke fil-pumping stations tal-korporazzjoni, li ma jlaħħqux bil-konsegwenza li d-drenaġġ jiżbroffa fil-baħar jew fit-toroq.

Żied li f’ċertu każi ssir ħsara kbira fl-istruttura tat-triq. Hu qal li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tirrapporta każi bħal dawn lill-awtoritajiet, u f’xi wħud ħadet passi immedjati minħabba l-problemi kbar li jkunu qed jikkawżaw.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar