Lokali
Il-Kavallieri b’missjoni umanitarja jaqdu f’żoni mifnija minn gwerer u vjolenza

L-ambaxxatur tal-Ordni Sovran ta’ Malta, il-prinċep Augusto Ruffo di Calabria qal li l-Kavallieri ta’ San Ġwann għadhom relevanti ħafna l-iżjed minħabba l-missjoni umanitarja li jaqdu f’żoni mifnija minn gwerer u vjolenza. F’intervista esklussiva ma’ TVM, tkellem dwar kif l-ordni evolviet fil-ħidmiet tagħha fis-seklu 21.

L-Ambaxxatur tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, Augusto Ruffo di Calabria, qal li l-Ordni ta’ Malta kif inhi magħrufa tgawdi kredibbiltà b’rappreżentanza diplomatika f’iżjed minn mitt pajjiż.

Intervistat fis-Sacra Infermeria f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Prinċep Augusto Ruffo di Calabria, qal li l-missjoni ewlieni tal-ordni hija li tgħin f’ħidmiet umanitarji.

”We are a hundred and twenty thousand knights all over the world and we are present in every country… in the continent, in Europe, America, Australia, everywhere … in the old days, the rule of the knights was different from today, in the old times, they were trying to defend the faith and the Catholic Church, today we are defending the weakest and the poor….”

Il-Prinċep di Calabriairrikonoxxa li kien hemm kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ qbil mal-Papa Franġisku li sentejn ilu wasslu għar-riżenja tal-Granmastru Matthew Festing. Qal li iżjed minn diverġenzi, il-kwistjonijiet kienu dwar prinċipji li qal ġew riżolti bil-ħatra tal-granmastru ġdid, Fra Giacomo Dalla Torre.

”We had a delicate moment because there were different points of view, the positions of the holy see and the grandmaster, of course, we are in a position of obedience of the Vatican so we accept what the pope said and a new grandmaster was elected…”

L-Ordni Militari ta’ Malta hija entità sovrana li għandha l-għeruq fl-ordni reliġjuża tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li twaqqfet fl-1048. L-ordni twaqfet biex tassisti bil-missjoni l-pellegrini fl-art mqaddsa.

Il-miġja tagħhom f’Malta fl-1530, ħalliet wirt u patrimonju kbir bil-bini tal-Belt Valletta u l-patrimonju kulturali li huwa mnaqqax fl-identita Maltija.

Biex iġġedded dan il-wirt, ix-xahar id-dieħel il-prinċep se jospita kunċert f’dar il-mediterran għall-konferenzi bl-istrumenti tal-korda u bis-sehem ta’ pjanista mill-orkestra tat-teatru alla scala ta’ milan biex jiċċelebraw l-festa ta’ San Ġwanni l-Battista.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar