Barranin
Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa mċajpra dwar il-COVID-19 fil-kontinent Afrikan.

Biż-żieda tal-każi tal-COVID-19 fl-Ewropa, ir-Renju Unit impona ġimagħtejn kwarantina fuq il-passiġġieri kollha li jaslu mill-Belġju, Andorra u l-Bahamas. Il-Ministru tal-Finanzi , Rishi Sunak qal li l-poplu tar-Renju Unit għandu jkun kawt fl-ivvjaġġar tiegħu, filwaqt li qal li l-Gvern ser ikun qiegħed kontinwament jaġġorna l-lista ta’ pajjiżi li huma kkunsidrati siguri għall-ivvjaġġar.

”I know it’s frustrating, but it’s right that we keep things under review. And if we think that we can improve our health security by making these changes, of course, it’s the right thing for us to do so. So people should just constantly look at the guidance then see what’s see what we’re saying and then make the best decisions they can, knowing that we are living in uncertain times.”

Sunak qal li huwa stmat li l-industrija tal-avjazzjoni ser tieħu bejn tlieta u erba’ snin biex tirkupra mill-effetti ekonomiċi tal-pandemija.

Fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja qegħdin isiru l-prepamenti biex jingħalqu aktar fruntieri, hekk kif ġie reġistrat rekord ta’ każi ġodda tal-COVID-19. Il-kap mediku tal-istat ta’ Victoria qal li r-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persuni huwa neċessarju biex jitnaqqsu l-każi ġodda.

“But these are the decisions we have to take. It’s heart breaking, it’s very challenging, but unless we drive down movement, the number of people moving around Victoria, we won’t drive down the number of coronavirus cases, and then we will remain in these terrible conditions, these very challenging rules, for much longer than we otherwise would. That’s not what we want, that’s not the advice of the experts, there is a lot of pain here, but ultimately there will be significant gain for all of us when we can move to reopen, when we can move past this second wave.”

L-istat ta’ Victoria għandu ‘l fuq minn 8,000 każ attiv ta’ COVID-19.

Id-direttur Ġenerali tal-għaqda dinjija tas-saħħa appella lill-pajjiżi kollha madwar id-dinja biex jinvestu fis-sistemi tas-saħħa biex titrażżan il-pandemija tal-COVID-19.

“While health has often been viewed as a cost, the first coronavirus pandemic in history has shown how critical health investment is to national security, and health coverage is essential to our collective global health security. Building back stronger health systems will require political will, resources and technical expertise in high and low-income countries alike. That’s why WHO’s highest priority is to support all countries to strengthen their health systems so that everyone, everywhere can access quality health services when they need them.”

Żied jgħid li l-pandemija affetwat lil kulħadd mill-fqir sas-sinjur, filwaqt li appella lil kulħadd biex isegwi l-pariri xjentifiki, biex tingħeleb il-pandemija.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar