Festi
Il-każini tal-banda tal-Unjoni u ta’ Sant’ Andrija magħqudin biex joffru esperjenza lil-Luqin minkejja l-Covid-19

Dħalna Ħal Luqa fis-skiet li s-soltu ma jkunx qed jiddomina fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju – il-festa tal-patrun Sant Andrija. Ittawwalna wkoll fil-parroċċa dedikata lil dan il-qaddis, li bħal- lum tkun il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet.

It-trasformazzjoni tat-toroq ewlenin f’Ħal Luqa li bħal daż-żmien jilbsu l-libsa tal-festa, ma seħħitx. It-tiżjin u l-armar baqa’ fl-imħażen, kif baqa’ wkoll fil-kmamar tan-nar il-logħob priotekniku li s-soltu jixgħel is-smewwiet. U bħal-lum, is-Sibt, il-Luqin kieku sibnihom qed jistennew ukoll b’ħerqa liema bħalha t-tlugħ uniku tal-Anġlu, u l-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis padrun tar-raħal, Sant’ Andrija.

Il-President Każin tal-banda l-Unjoni, Joseph Piscopo qal ”tradizzjoni antika li ntellgħu l-istatwa tal-anġlu li tiġbed ħafna entużjażmu u ħafna ferħ fost il-ħaluqin għax aħna ntellugħ b’mod tradizzjonali…”

Il-President Każin tal-banda Sant’ Andrija, Charles Attard qal ”Kieku llejla għandna l-ikbar marċ li jkollna ġo ħal Luqa fejn idoqqu ż-żewġ baned fil-każ tagħna ntellgħu l-istatwa ta’ Sant Andrija.”

Minkejja r-rivalità mistennija bejn iż-żewġ każini tal-banda ta’ Ħal Luqa, il-Każin tal-banda tal-Unjoni u l-Każin tal-Banda Sant’ Andrija, dis-sena sibna ż-żewġ każini magħqudin fl-entużjażmu u l-ħeġġa biex joffru l-iżjed esperjenza rikka possibli lill-komunità Luqija minkejja li r-restrizzjonijiet tal-Covid wasslu biex jitħassru l-biċċa l-kbira tal-festi esterni.

Il-President Każin tal-banda l-Unjoni, Joseph Piscopo qal ”xorta għad se jkollna l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Sant Andrija bis-sehem taż-żewġ baned ta’ Ħal Luqa u mbagħad wara se jkollna show ta’ siegħa piroteknika mill-kamra tan-nar ta’ Ħal Luqa.”

Is-Sur Charles Attard qal ”b’xorti tajba ħa joħroġ pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Sant Andrija nhar il-ħadd propju għada allura issa l-festa tagħmel sens li jsiru diversi ċelebrazzjonijiet.”

Lilian Zammit hija anzjana ta’ 76 sena li għexet għomorha Ħal Luqa u tgħid li qatt ma ftakret sena bħal din. Stqarret iżda li xorta qed tieħu pjaċir bil-programm ta’ attvitajiet li qed jitħejjew miż-żewġ każini u tgħożż wkoll il-parti reliġjuża tal-festa.

”Ilbieraħ tgħidx kemm kien hawn festa sabiħa they’re doing their best hux biex iqajmu naqra l-morale, għandi t-tifel ukoll jaħdem in-nar jien, u kif affettwa ruħu? It-tifel, kien imdejjaq għax kellhom ħafna nar…”

U hekk ħallejna t-toroq ta’ Ħal Luqa – bil-moti tal-qniepen – huma wkoll fuq skala iżgħar mis-soltu bħala turija ta’ ċelebrazzjoni għall-qaddis padrun tant maħbub tagħhom, Sant’ Andrija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar