Mużika
‘Il-Kbir Għadu Ġej’ għal Freddie Portelli

Freddie Portelli se jkun qiegħed iniedi kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Il-Kbir Għadu Ġej’, li se twitti t-triq għal musical li se jġib l-istess isem tal-kanzunetta.

Il-mużika kitibha Dominic Galea filwaqt li l-lirika hija ta’ Sean Buhagiar. Din hija l-ewwel darba li ħadmu flimkien it-tlieta li huma u jekk għandna noqgħodu fuq il-kanzunetta, mela għandna seba’ mitt sena għal-musical tas-sajf! Freddie Portelli reġa lura b’dak li probabilment huwa suċċess ieħor. Ir-radjijiet lest, il-Re reġa lura!

Intant, wara s-suċċess ta’ Balzunetta Towers (2017) u Ħanina Maddalena (2018), Dominic Galea u Sean Buhagiar reġgħu ingħaqdu biex jagħmlu mezz li l-musical oriġinali bil-Malti jerġa’ jseħħ, biex isir appuntament annwali fil-kalendarju kulturali Malti. It-titlu tal-musical juri dan biċ-ċar: Il-Kbir Għadu Ġej u mistenni jsir f’Awwissu f’Dar il-Mediterran, il-Belt.

Diġa hemm ħafna eċċitament għal jukebox musical bil-hits kollha ta’ Freddie Portelli. Iva – se jkollna tista’ tgħid il-verzjoni Maltija ta’ xi ħaġa bħal We Will Rock You, il-gost bħal a’ la Mamma Mia. Il-musical huwa miktub minn Malcolm Galea, li huwa magħruf mhux biss bħala l-moħħ wara ħafna pantomimi ta’ suċċess izda wkoll wara l-kitba tal-musical tant popolari Porn – The Musical.

Skont dak li smajna, it-tim kreattiv u l-kast se jkun imħabbar fil-ġimgħat li ġejjin, izda l-kelma qed tinxtered li dan il-musical se jkollu ismijiet kbar fuq il-palk. Sean Buhagiar se jerġa’ jkun fuq is-siġġu tad-direttur għall-musical, wara s-suċċess li kiseb fid-direzzjoni tiegħu ta’ Balzunetta Towers. L-arranġamenti mużikali u banda live se jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dominic Galea nniffsu.

Freddie, kif nafuh aħjar, issa laħaq l-età’ ta’ 75 sena, tista’ tgħid li huwa l-aktar kantant li kellu suċċess f’Malta, u l-karriera tiegħu hija waħda mill-itwal li rat l-istorja ta’ Malta, fejn matul is-snin rajna suċċess wara l-ieħor li flimkien ħolqu ġabra diskografika impressjonanti.

Ħafna mill-kanzunetti ta’ Freddie Portelli huma parti mill-memorja tal-kollettiva ta’ dan il-pajjiz; Mur Ħallini tista’ tgħoddha bħala waħda mill-aktar kanzunetti magħrufa bi stil rock ‘n’ roll Malti li qatt inkitbet.

Fil-musical se nisimgħu ħafna aktar suċċessi ta’ Freddie fosthom Viva Malta, Xewqat Sbieħ, Se Jkolli Nemmen u Għal Dejjem, izda se nisimgħu ukoll kanzunetti li huma daqsxejn inqas popolari bħal Bħalek Hawn Kemm Trid, Ma Taħraqni B’Xejn u Dak ir-Rock ‘n’ Roll.

Aktar dettalji jistgħu jinstagħbu fuq Facebook: @ilkbirghadugej u fuq Instagram ta’ Freddie Portelli: @thefreddieportelli. Is-single tinsab fuq Youtube.

 

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Pulizija

Għall-ewwel darba sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Korp tal-pulizija ser ikollu flotta ta’ vetturi ġodda fid-distretti. Il-Korp, illum inawgura ħamsin vettura ġdida u sitt segways li se jintużaw l-aktar fiż-żoni pedonali…

Aktar