Lokali
Il-kċina Franċiża f’Malta – iċ-ċelebrazzjoni kulinarja Good France

Ir-rabtiet bejn Franza u Malta qed jissaħħu wkoll fil-qasam tal-ikel u t-tisjir hekk kif għadd ta’ ristoranti Maltin u studenti mill-ITS issieħbu f’ċelebrazzjoni tal-ikel Franċiż li hu rispettat mhux biss mill-Franċiżi iżda wkoll internazzjonalment.

Seba’ stabbilimenti tal-ikel fil-Gżejjer Maltin ser jingħaqdu ma’ 3,000 ristorant ieħor minn madwar id-dinja biex joffru ikel tradizzjonali Franċiż flimkien ma’ nbejjed Franċiżi. Din iċ-ċelebrazzjoni tal-ikel Franċż imsejħa Good France ser issir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Franċiż u tal-Istitut għall-Istitudji Turistiċi.

Christian Gilson, student tal-ITS qal ”l-ikel Franċiż huwa l-bażi tal-kċina Ewropea u kważi tal-kċina mondjali. Kċina li hija maqsuma bejn in-naħa ta’ fuq u n-naħa ta’ isfel li hija mediterranja. Fejn għandhom ir-ratatouille, il-bouillabaisse li huma similari ħafna tal-ikel tagħna però n-naħa ta’ fuq għandhom kċina bbażata fuq fats, jużaw ħafna isfar tal-bajd, butir u kremiet u dawn l-affarijiet.”

L-attività f’Malta tnediet mill-Ambaxxattriċi Franċiża li spjegat li din iċ-ċelebrazzjoni ssir bil-għan li aktar turisti jduqu l-gastronomija Franċiża. Ir-rabtiet gastronomiċi bejn Malta u Franza komplew jissaħħu bi ftehim li qed jagħti lill-istudenti Maltin opportunitajiet akbar ta’ taħriġ.

L-Ambaxxatriċi Franċiża, Beatrice Le Fraper Du Hellen, qalet ” we have signed an agreement between ITS and the Paul Bocous institute in France which is a very famous cooking school to make sure that the Maltese and French cooking tradition continue to mingle in the future. It is important because it is strategically important for Malta because for tourism is and will remain an important aspect of the remaining activity for the years to come. More and more tourists from France are coming.”

L-Ambaxxatriċi qalet kull sena aktar stabbilitmenti tal-ikel Maltin qed jipparteċipaw f’din l-attività kulinarja Franċiża.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar