Il-KE tagħlaq il-proċeduri kontra Malta dwar in-noll tal-karozzi tal-linja

Il-KE tagħlaq il-proċeduri kontra Malta dwar in-noll tal-karozzi tal-linja

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura ħabbar li l-Kummissjoni Ewropea għalqet il-proċeduri ta’ ksur kontra Malta wara li tneħħiet id-differenza fin-noll għall-passiġġieri barranin li nstab li kien jikser ir-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ttieħdet wara li l-Gvern daħħal noll wieħed għas-servizz tat-trasport pubbliku minn Jannar li għadda. Dawn il-bidliet waqqfu d-diskriminazzoni li kienet teżisti fl-istruttura tat-tariffi li kienet ibbażata fuq ir-residenza, liema struttura l-Ministeru qal li kienet ibbażata mill-amministrazzoni preċedenti.

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura laqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tagħlaq il-proċeduri ta’ ksur u nnota ż-żieda fil-patronaġġ mindu t-tneħħiet is-sistema taż-żewġ nollijiet.