Lokali
Il-KE tħabbar pjani ta’ riforma fiż-żona Ewro, il-Ministru Scicluna jgħid li hu ambizzjuż iżżejjed

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret pjani biex sa sena u nofs oħra tirriforma ż-żona Ewro bil-ħolqien fost l-oħrajn ta’ Fond Monetarju Ewropew u Ministru Ewropea tal-Ekonomija u l-Finanzi fost l-oħrajn.

Il-Ministru Edward Scicluna jgħid li għadu kmieni wisq

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern Malti jaħseb li għadu kmieni wisq biex dan il-pjan ambizzjuż jiġi diskuss u jidħol fis-seħħ.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ewro Valdis Dombrovskis qal li “the Commission is taking another step in the ongoing process of building a more stable and prosperous Economic and Monetary Union.”

Il-KE tippreżenta pjan għal iktar integrazzjoni bejn id-19-il pajjiż

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan għal iktar integrazzjoni bejn id-19-il pajjiż taż-żona ewro li l-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna qal li hu ambizzjuż iżżejjed għax għad ma kienx hemm il-progress meħtieġ fost oħrajn fuq l-Unjoni Bankarja u t-trażżin tal-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi ta’ wħud mill-pajjiżi li għandhom l-ewro.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li “ma jfissirx li aħna kontra l-pakkett jew kontra partijiet mill-pakkett u lesti li nitkellmuhom jiġifieri pereżempju l-Kummissjoni qed toħroġ b’Ministru tal-Finanzi aħna qed naraw li huwa bombastiku”.

Il-proposta ewlenija tal-pjan hi li sa nofs l-2019, il-Parlament Ewropew u l-Gvernijiet fil-Kunsill jaqblu li jiġi stabbilit Fond Monetarju Ewropew li jkun ankrat fuq il-qafas legali tal-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà li twaqqaf fi żmien tal-kriżi finanzjarja biex jiġu mgħejuna pajjiżi li ma setgħux jisselfu mis-swieq internazzjonali.

“Jekk jinħoloq dan il-fonq tkun idea tajba” – Edward Scicluna

Il-Professur Scicluna qal li jekk jinħoloq dan il-fond fuq il-qafas tal-Fond Monetarju Internazzjonali tkun idea tajba.

“Hemmhekk naħseb li nistgħu mmorru imma nitkellmu fuq taxxi li jiġu mposti fuq pajjiżi qegħdin il-bogħod ħafna” stqarr Prof. Scicluna.

Il-Ministru Scicluna qal li qabel ikun hemm Gvern stabbli fil-Ġermanja u l-Unjoni Ewropea tara kif se timla l-ħofra fil-baġit tagħha wara l-ħruġ tar-Renju Unit, ma jaħsibx li hemm lok għal diskussjoni serja fuq dan il-pjan.

Mistennija diskussjoni dwar dal-pjan

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-mexxejja l-oħrajn Ewropej mistennija jiddiskutu għall-ewwel darba dal-pjan propost mil-Kummissjoni fis-summit tal-ġimgħa d-dieħla fi Brussell.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Permezz ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija waslet għal madwar 20 persuna li huma vittmi ta’ traffikar ta’ bnedmin. Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweet li bagħat illejla,…

Lokali

Atleta Malti tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, intgħażel biex iservi ta’ ambaxxatur tal-organizzazzjoni SIGA, fil-missjoni tagħha li tippromwovi l-integrità fl-isport. L-atleta tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, inħatar bħala ambaxxatur mal-alleanza globali tal-integrità…

Lokali

Żagħżugħ Somalu kien ikkundannat 16-il xahar ħabs wara li nstab ħati li rreżista lill-pulizija li kienu se jfittxulu għad-droga, bil-konsegwenza li kiser seba’ ta’ Surġent. Bashir Abdulahi Ahmed kien akkużat…

Aktar