Lokali
Aġġornat: Il-KE tħeġġeġ lil Malta twaqqaf l-insib tal-għasafar tal-għana – Il-Gvern

Il-Kummissjoni Ewropea ħeġġet lil Malta biex timxi mad-Direttiva tal-Għasafar u twaqqaf l-insib tal-għasafar tal-għana.

Hija qalet li t-tweġiba ta’ Malta għall-ittra formali tagħha ma kinitx sodisfaċenti u għalhekk ħarġet opinjoni formali dwar il-każ.

Malta għandha xahar biex twieġeb lill-Kummissjoni Ewropea u jekk ir-risposta ma tkunx sodisfaċenti tista’ tinfetaħ kawża fil-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-reazjoni tiegħu, il-Gvern qal li rċieva l-opinjoni motivata, mill-Kummissjoni Ewropea fuq deroga applikata fil-ħarifa li għaddiet fuq ir-riċerka għas-seba’ speċi tal-għasafar tal-għana

Qal li se jkun qed janalizza din l-opinjoni u b’mod sussegwenti se jkun qed jagħti r-risposta teknika u legali tiegħu.

Il-Gvern temm jgħid li jibqa’ kommess, kif għamel għal sena wara l-oħra, li jħares id-drittijiet tal-kaċċaturi u n-nassaba b’rispett sħiħ lejn il-liġi.

Il-PN jgħid li l-insib reġa’ spiċċa quddiem l-UE minħabba n-nuqqas ta’ għaqal mill-Gvern fl-implimentazzjoni tal-liġijiet