COVID-19
Il-KE tikkonkludi taħditiet mas-sitt kumpanija li qed tittestja tilqima għall-Covid-19

Illum il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet taħditiet esploratorji mas-sitt kumpanija li qed tittestja u tipproduċi tilqima għall-Covid-19.

L-aħħar kumpanija li l-Kummissjoni għalqet it-taħditiet magħha hija BioNTech-Pfizer. Qabilha l-Kummissjoni kellha diskussjonijiet ma’ Sanofi-GSK, Johnson & Johnson, CureVac u Moderna. L-ewwel kuntratt, iffirmat ma’ AstraZeneca, daħal fis-seħħ fis-27 t’ Awwissu.

Bil-kuntratt previst ma’ BioNTech-Pfizer, l-Istati Membri kollha tal-UE jkunu jistgħu jixtru l-vaċċin, kif ukoll jagħtuh b’donazzjoni lil pajjiżi b’introjtu aktar baxx u medju jew jidderiġuh mill-ġdid lejn pajjiżi Ewropej.

Hu antiċipat li l-Kummissjoni se jkollha stabbilit qafas kuntrattwali għax-xiri inizjali ta’ 200 miljun doża f’isem l-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll l-għażla li tixtri 100 miljun doża oħra, li għandhom jiġu fornuti ladarba jkun hemm prova li l-vaċċin huwa sikur u effettiv kontra l-COVID-19.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Sospiżi testijiet fuq tilqima għall-Covid-19 li Malta ħallset għaliha