Ekonomija u Finanzi
Il-KE titlob sanzjonijiet finanzjarji kontra l-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda wara li ma implimentawx regoli kontra l-ħasil tal-flus

Il-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet li tirreferi lill-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja talli naqsu milli jimplimentaw b’mod sħiħ ir-regoli tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob li jittieħdu sanzjonijiet finanzjarji kontra dawn il-pajjiżi.

Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob li jittieħdu l-passi fil-konfront tal-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda talli naqsu li jimplimentaw b’mod sħiħ ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħasil tal-flus. Il-Kummissjoni qalet li qed tirreferi lil dawn il-pajjiżi quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u qed titlob li jittieħdu sanzjonijiet finanzjarji fil-konfront tagħhom.

Il-Viċi President Eżekuttiv Valdis Dombrovskis qal li l-Unjoni Ewropea għandha regoli b’saħħithom imma jridu jiġu applikati b’mod konsistenti u effiċjenti. Sostna li l-Unjoni Ewropea se tagħmel mezz li tara li s-setturi privati u pubbliċi japplikaw ir-regoli b’mod rigoruż.

Il-Kummissjoni Ewropea sostniet li wara li saret analiżi tar-regoli tal-ħasil tal-flus, l-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda nstabu li mhumiex jimxu b’mod konformi mal-qafas ta’ kontra l-ħasil tal-flus, fosthom l-Awstrija kisret il-leġislazzjoni tal-imħatri u l-logħob tal-azzard, il-Belġju naqset li timxi mal-mekkaniżmi tat-Taqsima tal-Intelliġenza Finanzjarja, u l-Olanda naqset li tagħti informazzjoni fuq l-entitajiet legali.

Minn Ġunju tal-2017 l-Istati Membri kollha ġew obbligati li jimxu mar-regoli kontra l-ħasil tal-flus.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għal ex drogat ta’ 52 sena, Dar Charles Miceli fil-Mosta mhux biss serviet ta’ rifuġju, iżda sakemm dam fiha biddlitlu ħajtu. Huwa qal li kemm-il darba kien waqa’ fil-vizzju tad-droga,…

Lokali

Waqt li l-emissjonijiet li jniġġsu l-arja mill-vetturi naqsu waqt il-pandemija, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħruġ ta’ gassijiet tossiċi mill-vapuri li jbaħħru madwar il-gżejjer Maltin. Minn riċerka xjentifika li għamel il-Professur Ray…

COVID-19

Biex titneħħa kull traċċa possibli tal-Coronavirus, fil-ħemda tal-lejl, Transport Malta qed jiffumigaw il-karozzi tal-linja li jintużaw waqt is-servizz tat-trasport pubbliku matul il-ġurnata. Dan qed isir kuljum biex tonqos il-probabiltà li…

COVID-19

B’effett mil-lum ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa ġew estiżi għall-bars, il-klabbs u d-diskoteki. Wara li aktar minn 40 każ attivi tal-COVID-19 f’Malta huma marbuta mal-mekka tad-divertiment f’Paceville, issa permezz tal-Avviż Legali…

Aktar