Lokali
Il-kelb Omar imut ivvalenat bħal missieru

Omar Pasha, kelb tar-razza Doberman li rebaħ bosta premji f’esebizzjonijiet tal-klieb, miet wara li allegatament ġie vvalenat.

Sid il-kelb ħabbar li Omar miet illum, u li bosta testijiet li sarulu kkonfermaw li kellu l-valenu.

Fuq Facebook Shawn Pete Azzopardi qal li Omar ġie vvalenat tmint ijiem ilu, u li fl-aħħar jiem ta’ ħajtu kien għamillu bosta testijiet biex jara jekk kienx hemm xi kawża oħra, iżda kollox kien jindika avvelenament.

Fid-9 ta’ Ġunju Omar kien għadu kemm rebaħ it-titlu Champion of Champions fil-Blue Lagoon International Dog Show li saret f’Malta.

Azzopardi qal ukoll li l-ħajja ta’ Omar kienet intemmet bl-istess mod bħal ta’ missieru.