Il-Kenja f’luttu għall-vittmi tal-attakk fl-Università f’Garissa

Mill-Kenja, l-Isqof Malti Joe Alessandro jitkellem dwar is-sens ta’ biża’ li ħalla l-massakru tal-Ħamis li għadda fl-Università ta’ Garissa bil-qtil ta’ qrib il-150 persuna.

L-Isqof Alessandro faħħar lill-insara li marru l-knisja f’Garissa għall-quddiesa tal-Għid, b’pulizija armati jgħassu fuq barra tal-knejjes u fittxew fuq kull persuna, saħansitra fuq it-tfal, qabel daħlu fil-knisja.

L-Isqof Malti f’Garissa, Joe Alessandro, stqarr li f’Garissa jinħass is-sens ta’ biża’ fost l-komunità Nisranija għal mod kif il-militanti identifikaw studenti nsara biex joqtluhom fl-attakk fuq l-universita’ tal-belt.

“A bit of worry and fear is almost every day, because these attacks came as a surprise so you are not prepared for them and this gives a sense of fear and uneasiness,” qal l-Isqof ta’ Garissa Mons. Joseph Alessandro.

L-attakk ta’ nhar il-Ħamis seħħ fl-istess triq fejn jgħix Monsinjur Alessandro. Hu faħħar u radd ħajr lil dawk li nġabru fil-Knisja għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid, minkejja l-attakk tal-militanti Iżlamiċi.

“Nowhere is safe, but here in church you can come, you be with God and then you just console yourself,” qalet Meli Muasya li hija Kattolika.

Il-Kenja bdiet tlitt ijiem ta’ luttu għall-148 vittma ta’ dan il-massakru, ħafna minnhom Kristjani/ Il-bnadar fuq il-bini pubbliku qed jittajjru mezz’asta.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid saru biex jitfakkru l-istudenti li mietu f’dan l-attakk. Qed ikun rappurtat li iben uffiċjal tal-Gvern huwa wieħed mit-terroristi tal-attakk.

Is-Sibt ll-militanti tal-al shabaab heddew b’aktar attakki u li jħallu bliet fil-Kenjani lewn wieħed: ħomor bit-tixrid tad-demm.

Heddew li l-Kenjani mhux se jkollhom paċi sakemm il-Kenja ma tirtirax is-suldati tagħha mis-Somalia.

Il-President Uhuru Kenyatta ħalef li jirrispondi għall-attakk “bl-aktar mod qawwi possibbli”.

Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar tal-Kenja qalet li s’issa kienu identifikati 54 mill-vittmi mill-qraba tagħhom fil-kapitali Nairobi.

Tmenin fil-mija tal-44 miljun persuan li jiffurmaw il-popolazzjoni tal-Kenja huma Kristjani.

B’differenza mill-bqija tal-pajjiż iżda, il-Kristjani f’Garissa huma f’minoranza.

 

Aktar kmieni: Il-Kenja bdiet tliet ijiem ta’ luttu għall-148 vittmi tal-attakk fuq l-istudenti mill-grupp militanti al-Shabab.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid se jsiru biex jitfakkru dawk li mietu fl-attakk tal-Ħamis fl-Università ta’ Garissa u l-bnadar mistennija jittajjru mezz’asta.

Il-President Uhuru Kenyatta ħalef li jirrispondi għall-attakk “bl-aktar modi severi possibbli”.

Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar tal-Kenja qalet li s’issa kienu identifikati 54 mill-vittmi mill-qraba tagħhom fil-kapitali Nairobi.