Kurżitajiet
Il-kesħa se turi aktar snienha?

Is-sit tal-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta.com qed jirraporta li minn nhar il-Ġimgħa li ġej se nibdew nesperjenzaw temperaturi xi ftit iktar friski hekk kif l-ogħla temperatura mistennija tilħaq 15-il grad Celsius, dakinhar hi prevista xita matul il-ġurnata kollha wkoll.

Il-mappa (ara l-istampa) turi t-tbassir tat-temperaturi, Malta tidher immarkata b’ċirku aħmar, filwaqt li t-temperaturi kesħin mistennija jersqu lejn iċ-ċentru tal-Mediterran mit-Tramuntana tal-Ewropa.

FirstMalta.com qalet li l-ogħla temperatura matul il-ġurnata bħalissa qed tilħaq madwar 20C. Dan kien qed ikun ikkawżat minn temperaturi għolja li oriġinaw mill-Afrika u baqgħu jippersistu fuq il-gżejjer Maltin. Il-medja għall-Jannar hija ta’ 15C, dan ifisser li s’issa t-temperaturi kienu 5C iktar mill-medja, iżda fl-aħħar jidher li s-sitwazzjoni se tinqaleb. Dan hekk kif massa ta’ arja kiesħa se tersaq lejna mit-tramuntana tal-Ewropa fil-ġranet li ġejjin. Din mistennija tkisser il-massa ta’ arja sħuna li qed taffetwana bħalissa u ġġib temperaturi ħafna iktar viċin dak li s-soltu nesperjenzaw f’dan iż-żmien tax-xitwa.

It-temperaturi jiffriskaw xi ftit minn nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar, hekk kif it-temperatura se tinħass 11C matul il-ġurnata (għalkemm fuq it-termometru se timmarka 13C).

Filwaqt li fil-ġranet ta’ wara se naraw temperaturi li jvarjaw bejn 15C u 16C matul il-ġurnata u viċin id-9C mal-lejl.

Din l-arja friska li se tinżel minn fuq l-Ewropa mistennija wkoll tnaddaf l-atmosfera fuq il-gżejjer Maltin mit-trab fin li qed jaffetwana bħalissa u li twassal fuqna ftit ġranet ilu minħabba r-riħ qawwi li oriġina mix-Xlokk u ġarr ammont kbir ta’ ramel mid-deżert Saħara u laħħaq saħansitra saċ-ċentru tal-Italja.

Sadanitant dan huwa r-rapport tat-temp maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport ta’ Malta:

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar