COVID-19
‘Il-kimika fil-vaċċin t’Oxford hi sigura u diġà tintuża f’tilqim għal viruses oħrajn’

F’kummenti ma’ Television Malta, il-Virologu Dr Chris Barbara ħabbar li jekk tgħaddi mill-testijiet kliniċi l-vaċċin f’Malta jaf jibda jingħata f’Diċembru. Dr Barbara esprima fiduċja li dan il-vaċċin ma jikkaġunax ħsara għaliex huwa bbażżat fuq tilqima li diġà tiġi amministrata għall-ħafna infezzjonijiet u viruses oħra.

“Jidher li qed tagħti riżultati tajbin hi dik ta’ oxford li għamlu ftehim ma’ Astra Zeneka. Peress li aħna diġà ħallasna l-kappara jekk tgħaddi mill-clinical trials li se jaraw hi safe t-tilqima. Hi prodott tajjeb ħafna mhix l-ewwel darba li din it-tilqima qed tintuża għaliex din tintuża f’ħafna viruses u infezzjonjiet oħrajn allura minn hawnhekk diġà qed inserraħ moħħi li t-tilqima se tkun tajjeb għall-użu fil-bniedem. Id-differenza hi l-protejina tal-virus li se tagħtik protezzjoni kontriha. Jiġifieri jekk inti qed tipproteġi kontra virus irid ikollha parti minn dan il-wiċċ kontra l-virus jista’ jkun spike tal-virus jista’ jkun l-membrana dawn ikunu miżjuda fil-vaċċin ħalli meta jidħlu fil-ġisem tagħna dawk iċ-ċelloli l-bojod jagħrfuha u meta inti tiltaqa’ mal-virus dawn ikunu drawa u allura jinewtralizzawa.”

Dr Barbara appella wkoll biex kulħadd jitlaqqam kontra l-infuwenza għaliex din hi marda respiratorja li txibaħ lil covid u għalhekk taf tkun riċetta ta’ inkwiet. Saħaq li l-prevenzjoni b’mod speċjali l-ħarisien tal-pariri tal-awtorità tas-saħħa huma fundamentali biex il-virus jinqered.

 

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 5️⃣0️⃣0️⃣,0️⃣0️⃣0️⃣ – GRAZZI! 🇲🇹 5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 –…

Din is-sena l-vendemmja naqset iżda l-kwalità tal-għeneb kienet tajba ħafna. Dan intqal minn produttur ewlieni tal-inbid lokali Jeremy Cassar li appella wkoll biex iż-żgħażagħ li jixtiequ jinvestu fl-agrikoltura u l-vitikultura…

Għandu 40 sena u ilu seba’ snin jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor jibni l-kastelli bir-ramel, u jgħix ġo kamp. Peter Havel mir-Repubblika Ċeka qal li għalih dan huwa l-isbaħ stil ta’…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Aktar