Saħħa
Il-kju tobogħdu imma mhux għax trid – kard speċjali għal nies bħalha biex jaqbżu l-kju

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex tiġi introdotta kard speċjali għal persuni li għandhom imġiba diffiċli, biex fost oħrajn f’każi severi ta’ awtiżmu jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jinqdew b’anqas skariġġ. Din ir-realtà diffiċli tgħixha kuljum il-familja ta’ Keith Cassar Jackson, bil-missier irrakkonta lil TVM l-isfidi kbar li ta’ kuljum jiffaċċjaw minħabba li bintu għandha l-awtiżmu.

Keith Cassar Jackson qal “il-fatt li kif tara n-nies, hi diġà problema. Però l-kju li tistenna, ma tistax tistenna. Hi kundizzjoni ta’ issa. Anki tiekol. Issa. M’hemmx stennija. Moħħha ma jaħsibx biex jistenna.”

Din hi r-realtà għall-bint Keith Cassar Jackson, li għandha l-awtiżmu.

“Anke nsaqsuha xi tħoss. It’s pain. Dik il-kelma tagħha. It’s pain” qal Keith.

Stqarr li spiċċa juża sptarijiet privati flok pubblici biex jevita li bintu tieħu l-keded. “Ma mmorrux, ħlief privat. Appuntamenti ma nagħmlux, jiġifieri spiża kuljum taf kif.” Anki biex toqgħod bilqiegħda ssibha diffiċli. “Jekk qed tirrabja u tħossha anzjuża, mhux se tgħidlek I’m getting anxious. I’m angry, I’m angry u tibda taqbżilha. Għajjat m’hemmx. Aktar kemm tgħajjat, aktar tirvilla u aktar hi painful għaliha fl-istess ħin” qal Keith.

Għal tfal bl-awtiżmu, ir-rutina hi kruċjali.

Keith Cassar Jackson stqarr li “jekk aħna se noħorġu jew se mmorru xi mkien, trid tavżaha minn jumejn jew tlett ijiem qabel li se mmorru. Hi stess tibda tgħodd il-ġranet. Tiġi u tgħidlek meta sejrin hemm?”

Għalkemm spiss tħassrilha l-logħob tagħha, Mikaya’ Cassar Jackson tagħmel kollox għal oħtha.

Mikaya’ Cassar Jackson qalet “għandi xi toys u ngħidilha ejja noqogħdu nilagħbu flimkien biex nikkalmaha.”

F’kummenti lil Television Malta, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal li l-Kummissjoni qed tikkunsidra li tibda toħroġ kard speċjali għal kundizzjonijiet bħal dawn.

Oliver Scicluna qal “dan il-punt tajjeb li issa nibdew naħdmu fuqu u narawh iseħħ. Jekk nistgħu niffaċilitaw il-ħajja ta’ persuni li ma jistgħux jistennew fil-kju b’mod ġust u mhux bil-ksuħat għalhekk qed ngħid speċifikament għal ċerti persuni.”

Is-Sur Cassar Jackson qed jittama li persuni bi mġiba diffiċli bħal bintu jkollhom das-servizz.

“Nistgħu ngħixu bħall-oħrajn u bħal kulħadd. Mhux għalija biss imma għal ħafna ġenituri u familji li għaddejjin minnha hi importantissima.” qal Cassar Jackson

Skont miżura tal-budget każi severi ta’ awtiżmu se jkunu intitolati għal benefiċċji soċjali, li sal-lum mhumiex intitolati għalihom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Armata nediet skema ġdida ta’ part-timers għall-membri li jirtiraw mill-forza regolari. Fi stqarrija, l-Forzi Armati qalu li din l-iskema se tinfetaħ għall-membri li waslu għall-proċess ta’ irtirar u anke għal eks membri li m’ilhomx iktar minn tliet snin…

Qorti

Raġel Għawdxi ħareġ illiberat mill-akkużi li kien qed jonsob bi xbieki illegali waqt li l-istaġun tal-insib kien magħluq. Matthew Buttigieg ta’ 27 sena min-Nadur ma nstabx ħati mill-Qorti t’Għawdex li…

Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers espremiet it-tħassib tagħha dwar il-kundizzjonijiet tad-dentisti fis-servizz pubbliku li bħalissa qed isegwu direttivi industrijali. Il-kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella qal f’konferenza tal-aħbarijiet li l-UHM ilha…

Turiżmu

Stħarriġ tal-MHRA wera li aktar min-nofs it-turisti jiġu Malta għax-xemx u l-baħar. Matul is-sajf li għadda ġew Malta mad-900,000 turist. Dan ifisser żieda ta’ 13.3% meta mqabbel mas-sajf tas-sena l-oħra….

Aktar