Il-klieb li jgħollu l-livell tal-indipendenza ta’ persuni b’diżabilità

Hija verità magħrufa li l-kelb jista’ jkun l-akbar ħabib tal-bniedem. Dan jista’ jingħad aktar u aktar għall-klieb imħarrġa biex iservu fil-ħtiġijiet ta’ kuljum għal persuni b’diżabiltà.

Brandon Pisani iltaqa’ ma’ Robert Spiteri u Leandra Mifsud Mizzi mill-Fondazzjoni Maltija tas-Service Dogs waqt sezzjoni ta’ taħriġ ta’ wieħed mill-klieb f’Ta’ Qali.

Bailey, hija Labrador u għandha disa’ xhur. Bħalissa bdiet il-fażi inizzjali ta’ taħriġ biex issir ‘service dog’. Dawn il-klieb imħarrġa jgħollu l-livell tal-indipendenza ta’ persuni b’diżabilità. Iltqajna ma Robert Spiteri u Leeandra Mifsud Mizzi – membri tal-għaqda mhux governattiva, Service Dogs Malta Foundation.

Dawn il-klieb qed jiġu mħarrġa biex jgħinu persuni b’xi waħda minn erba’ diżabilitajiet, kif jispjega Robert Spiteri.

Joseph Stafrace, wieħed mill-fundaturi tal-fondazzjoni saħaq li dal-proġett jimmira biex jagħti sens akbar ta’ indipendenza lil persuni b’ċerti diżabilitajiet.

Dawn il-klieb jitħarrġu f’numru ta’ ħiliet li huma ta’ siwi għal persuni b’diżabiltà. Kull Service dog imħarreġ jiġi jiswa mal-€15,000

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar