Lokali
Il-klijenti ta’ Satabank bdew jieħdu l-flus li kellhom depożitati fil-kontijiet tagħhom

Satabank ikkuntattja lill-klijenti residenti Malta li kellhom kont bankarju b’depożiti bejn il-€50 u l-€15,000.

Il-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jikkuntattja lill-klijenti li mhumiex residenti Malta b’bilanċ fil-konitjiet personali tagħhom ta’ bejn il-€50 u l-€15,000.

Kull min għandu kont għan-negozju se jiġi kkuntattjat fiż-żmien li ġej biex il-flus ma jibqgħux maqbudin il-bank.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-MFSA li fiha jingħad ukoll li l-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-FIAU qed jaħdmu mill-qrib mal-MFSA matul dan il-proċess kollu.

Dan qed isir fl-interess tal-klijenti tal-bank u s-settur lokali tas-servizzi finanzjarji biex jidher biċ-ċar il-mod professjonali kif qed tiġi ndirizzata din il-kwistjoni.

Sadanittant, il-Hardship Fund li twaqqaf ix-xahar li għadda qed ikompli joffri appoġġ lin-negozji biex iħallsu lill-impjegati tgħhom u spejjeż oħra urġenti.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Lokali

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 lil għaxar Kunsilli Lokali biex jirrenovaw il-housing estates fil-lokalità tagħhom. Fost il-kunsilli li ngħataw il-fondi hemm tal-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Belt Valletta u…

Aktar