Lokali
Il-knejjes b’miżuri kontra l-ħallelin – 300 serqa fi 12-il sena

Il-knejjes mhux ser jibqgħu mira faċli għall-ħallelin wara li s-sena li għaddiet ġew irrapportati 12-il serqa mill-knejjes. Il-każi tas-sena kienu inqas mill-medja tal-aħħar ħdax-il sena għaliex minn tweġiba parlamentari jirrizulta li mill-2006 ‘l hawn ġew irrappurtati 300 serqa mill-knejjes.

Is-sena li għaddiet 12-il knisja madwar Malta u Għawdex kienu fil-mira tal-ħallellin min fejn jinsterqu oġġetti stmati b’valur ta’ €31,000.

L-ikbar serqiet saru mill-Knisja ta’ Bormla u mill-Knisja taż-Żejtun.

Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja, qal lil TVM li l-flus kontanti li nsterqu kien jammonta €1,300 għax il-Kurja tinsisti mal-kappillani u r-retturi tal-knejjes biex isir depożiti frekwenti tal-ġbir. Madankollu stqarr li l-Kurja hija inkwetata li qed jinsterqu oġġetti reliġjużi.

Michael Pace Ross qal li “is-serq ta’ oġġetti prezzjużi sfortunatament rajna żieda u ninkwetaw għall-fatt li dawn, jekk jinsterqu jintilfu darba għal dejjem għax il-flus imorru u jiġu. Anke jek ma jinsterqux isirlhom xi ħsara u trid tirrestawrahom”.

Mistoqsi minn TVM dwar il-miżuri ta’ sigurtà biex jonqsu s-serqiet mill-knejjes, is-Sur Pace Ross qal li fost oħrajn qed jiġu installati kameres tas-sigurtà.

“Iktar minn hekk wieħed irid joqgħod attent min-nies li jidħlu fis-sagristija u li wieħed ma jassumi xejn u joqgħod għassa ta’ min jidħol biex ma jkunx hemm nies li jippruvaw jistudjaw fejn il-kappillan jew is-sagristan iżomm il-flus ħalli wara jkunu jistgħu jagħmlu serqa bil-lejl” qal Pace Ross.

Mill-investigazzjonijiet illi saru jidher li wħud mis-serqiet saru minħabba l-armar għal xogħlijiet ta’ restawr.

“Lill-kappillani u l-arċiprieti qed ngħidulhom biex meta jsir restawr importanti jkun hemm timeframes qosra u r-restawr meta jibda u jitkompla ħalli jispiċċa kemm jista jkun malajr għax ikun hemm scaffolding li jekk idum ħafna żmien hemm ir-riskju huwa ikbar” kompla jgħid Pace Ross.

Minbarra serq ta’ flus u oġġetti reliġjużi, mill-knejjes insterqu fost ohrajn mejda tal-plastik, tvalja tal-bizzilla u dwal. Din is-sena ġiet rrapportata serqa waħda, pittura tal-artist Francesco Zahra minn kuridur tal-kunvent tas-Sależjani li jgħaqqad il-knisja ta’ San Filippu fl-Isla.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir bħal-lum ġimgħa. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm imniżżla l-punti, ‘Qagħda Politika’ u ‘Azzjoni Konkreta’. Intant, TVM jinsab infurmat…

Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Aktar