Knisja Maltija
Il-Knisja b’surplus – jiżdiedu d-donazzjonijiet tan-nies u l-pagi tal-ħaddiema

Ir-Rapport finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2017 wera li żdiedu l-pagi u s-sussidji u naqas is-surplus. Matul is-sena li għaddiet l-Arċidjoċesi ta’ Malta rreġistrat tnaqqis ta’ ftit iktar minn €1.4 miljun fis-surplus nett. Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, qal li l-infiq żdied b’riżultat tal-impenn biex jitjiebu s-servizzi pastorali li ġab miegħu żieda fl-impjegati fl-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi.

Matul is-sena li għaddiet, fl-Arċidjoċesi ta’ Malta żdiedu l-pagi u s-sussidji u naqas is-surplus. Ir-rapport finanzjarju tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għas-sena 2017 wera li ġie reġistrat tnaqqis ta’ ftit iżjed minn €1.4 miljun fis-surplus nett, għal total ta’ €370,000, mill-€1.8 miljun irreġistrati fl-2016. Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, spjega li żidiet sinifikanti fl-infiq kienu fir-riżorsi umani fid-djar tal-anzjani, djar tat-tfal, djar għall-persuni b’diżabbilità, u fil-Kurja tal-Arċisqof. L-ikbar telf ġie reġistrat fid-djar tal-anzjani, €309,000 . Qal li l-Arċidjoċesi ħaddmet ftit iżjed minn 1,200 persuna, li 883 minnhom kienu fuq bażi full time. Minbarra dawn l-impjegati lajċi, l-Arċidjoċesi tat remunerazzjoni lil 262 saċerdot djoċesan.

Michael Pace Ross qal li “l-Arċidjoċesi rreġistrat tnaqqis fis-surplus tagħha fl-2017, però dan seħħ minħabba li aħna investejna fir-riżorsi umani tagħna, investejna anke permezz ta’ sussidji lil-entitajiet li għandhom bżonn, għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-missjoni tagħna hija waħda pastorali u nagħmlu dak kollu possibbli biex insostnu din il-missjoni pastorali tagħna”.

Michael Pace Ross qal li ż-żieda fl-infiq kienet possibbli minħabba żieda fid-dħul ta’ €2.1 miljun. Spjega li ż-żieda ta’ €480,000 fil-ġbir u d-donazzjonijiet mill-pubbliku għamlet tajjeb għat-tnaqqis fid-dħul mill-ġbir ta’ fondi ta’ €220,000. Is-sur Pace Ross qal ukoll li l-kontribuzzjonijiet tal-Gvern lid-djar tat-tfal u lil Caritas, fost entitajiet oħra, żdiedu bi ftit iżjed minn €1,130,000. Qal li d-dħul mill-miżati tar-residenti fid-djar tal-anzjani żdied b’riżultat tal-ftehim ta’ sħubija pubblika privata.

Matul is-sena li għaddiet ġiet irreġistrata żieda fl-ispejjeż operattivi marbuta mas-servizzi offruti mil-Arċidjoċesi. Is-Sur Pace Ross qal li żdied l-infiq għar-restawr u l-konservazzjoni fuq il-propjetà u l-opri tal-arti. Sostna li t-telf mhux realizzat fuq l-iskambju minħabba d-dgħufija tad-dollaru Amerikan kontra l-ewro kellu impatt negattiv. Il-ħlas annwali tat-taxxa ammonta għal €1.1 miljun.

Fil-Kurja tal-Arċisqof imbagħad ġie rreġistrat surplus nett ta’ €890,000 wara tqassim ta’ sussidji u telf mhux realizzat fuq l-iskambju. Is-sussidji żdiedu minn €460,000 fl-2016 għal ftit iżjed minn €600,000 s-sena li għaddiet. Dawn ingħataw lil diversi entitajiet tal-Arċidjoċesi, l-iżjed lid-djar tat-tfal, tal-anzjani, is-servizzi tal-midja u l-Fondazzjoni għall-istudji Teoloġiċi. Michael Pace Ross qal ukoll li d-dħul mill-investiment żdied b’riżultat ta’ dividend ogħla mill-Bank APS.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu b’kollaborazzjoni mal-Malta Football Association organizzat ċelebrazzjoni fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali fl-okkażjoni ta’ tmiem ir-raba’ ċiklu tal-programm ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ Footballers’ Read and Write Programme’. F’din l-attività,…

Qorti

Kurt Grima ntbagħat 20 xahar ħabs wara li nqabad jagħti verżjonijiet differenti fil-Qrati ta’ x’ġara f’Ottubru tal-2014. Il-Qorti sabet li Grima renda ruħu riċediv wara li seraq għadd ta’ oġġetti…

Sajd

Il-Partit Laburista permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, Clint Camilleri, u l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Josef Caruana, qal li bir-rapport tal-2010 tal-Internal Audit and Investigations Department dwar nuqqasijiet fid-Dipartiment tas-Sajd,…

Qorti

Mara li snin ilu tkeċċiet mill-Korp tal-Pulizija weħlet sentenza ta’ ħabs sospiża u multa, wara li nstabet ħatja li għamlet xogħol ta’ investigatur privat mingħajr liċenzja. Grace Gatt ta’ 50…

Aktar