Immigrazzjoni
Il-Knisja Evanġelika Ġermaniża tipprotesta f’Malta fuq l-immigrazzjoni

Il-Knisja Evanġelika Ġermaniża appellat lill-politiċi u l-gvernijiet fl-Ewropa biex ma jaħarbux mir-realtajiet tal-immigrazzjoni u jagħżlu li jagħlqu l-fruntieri.

Quddiem il-monument li jfakkar l-emigrazzjoni tat-tfal Maltin fil-Belt, il-President ta’ din il-komunità, Manfred Rekowski, appella lill-awtoritajiet Maltin biex jirtira d-deċiżjoni li ma jħallix vapuri tas-salvataġġ ta’ għaqdiet mhux governattivi jaħdmu minn Malta. Huwa qal li din id-deċiżjoni jista’ jkollha konsegwenzi fatali fuq ħajjet l-immigranti li jkunu bejn sema u ilma.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarjiet kien hemm membri tal-ekwipaġġ tal-MV Life Line, Sea-Watch u Sea Eye, u l-ajruplan Moonbird li jinsabu miżmuma f’Malta. Huma xegħlu xemgħat, ġgieget ta’ salvataġġ u slaleb żgħar li jirrappreżentaw ħajjet l-immigranti li tilfu ħajjithom fil-Mediterran.

Mistoqsi minn Television Malta dwar li l-Ġermanja ma kinitx fost il-pajjiżi li aċċetta t-talba tal-Gvern Malti li jieħu grupp ta’ immigranti tal-MV Life Line, Ansgar Gilster, qal li l-Knisja Evanġelika Ġermaniża ma toqgħodx lura milli tikkritika lill-awtoritajiet li jaħarbu mir-responsabilitajiet umanitarji.

“We see huge lack of human solidarity, and this is actually the problem. We re not coming here to criticize or comment on Maltese politics or Italian politics. Not at all, but we’re here to try to see what’s going on, and condemn what s going on, and protect and support those who risk their own lives to save the lives of others,” qal Gilster.

Ansgar Gilster qal li l-Knisja Evanġelika Ġermaniża mhix passiva quddiem attroċitajiet fil-konfront tat-tfal, inkluż tal-abort u dawk li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar