COVID-19
Il-Knisja f’Għawdex tagħti €50,000 biex jinxtara ‘ventilator’

L-Isqof Mario Grech għadda €50,000 lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, bil-għan li jinxtara ‘ventilator’, biex ikun jista’ jintuża minn pazjenti bil-Covid-19 li jkollhom bżonnu.

Fi stqarrija l-Isqof Grech qal li s-somma nġabret wara li xahar ilu għamel sejħa lill-Knisja f’Għawdex, fejn parti sostanzjali mis-somma ġiet offruta mill-qassisin.

“Kienet l-intenzjoni tiegħi li jinġabru fondi biex jinxtara ventilator li jassisti fil-kura tal-pazjenti li l-aktar jintlaqtu ħażin mill-virus, preferibbilment dawk minn Għawdex. Konvint li l-Ministeru għas-Saħħa se jagħmel l-aħjar użu minn dawn il-fondi, kif jidhirlu xieraq,” qal l-Isqof Grech.

F’isem il-Knisja f’Għawdex huwa radd ħajr u bierek lill-Ministru u lil dawk li qed jaħdmu kontra l-Covid-19.

L-Isqof iċċara li s-somma kollha li nġabret kienet €60,230, u għalhekk dak li fadal se jgħaddi lill-Uffiċċju tad-Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex biex ikun jista’ jkompli jwieżen lil dawk li minħabba din il-pandemija għandhom diffikultajiet finanzjarji.

Intqal li l-kont bankarju bl-isem COVID-19 fl-APS ser jibqa’ miftuħ għal min jixtieq jagħmel donazzjonijiet.

Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll fuq dawn il-linji tat-telefon:
51502095 – €5
51602017 – €10
51002021 – €20
51902087 – €50

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar