Knisja Maltija
Il-knisja fir-Rabat “fil-post fejn għex San Pawl” se ssir Bażilika

Il-Vatikan laqa’ t-talba tal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles J. Scicluna, li l-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat tingħata t-titlu ta’ Bażilika Minuri. L-aħbar ingħatat mill-Arċipriet tar-Rabat, il-Kanonku Louis Suban f’quddiesa solenni l-bieraħ filgħaxija li fakkret il-festa liturġika tal-martirju tal-Appostlu San Pawl. L-Arċipriet wera wkoll l-arma l-ġdida tal-Bażilika li għandha bħala motto “San Pawl kien jgħix hawnhekk”.

Il-Kanonku Suban qal li l-fatt li din il-knisja ġiet mgħollija għad-dinjità ta’ Bażilika hu għarfien internazzjonali li l-knisja hi magħquda intimament mal-ħajja ta’ San Pawl. It-tradizzjoni tgħid li San Pawl għex fil-grotta, taħt din il-knisja, meta ġie Malta fis-sena 60 Wara Kristu.

Uffiċjalment, dan it-titlu se jingħata fl-20 ta’ Settembru, waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof fejn se jkun qed jinqara d-digriet tal-Papa Franġsiku li bih din il-Proto-parroċċa u Kolleġġjata ssir Bażilika. L-għada l-21 ta’ Settembru filgħodu, se tinħareġ l-istatwa titulari ta’ San Pawl f’pellegrinaġġ mat-toroq tar-Rabat.

VIDEO MEMORABBLI Jithabbar li hareg id-Digriet biex il-Knisja Kolleggjata ta' San Pawl tar-Rabat, Malta ssir BAZILKA.

Gepostet von Cristino Xuereb am Dienstag, 30. Juni 2020

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi ħabbar sejħa għal proġetti kofinanzjati minn fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali li jiffurmaw parti mill-MCESD u organizzazzjonijiet mhux governattivi li qed jagħtu kontribut attiv…

Politika

B’reazzjoni għall-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia lbieraħ, dwar ix-xhieda fil-kawża tiegħu dwar il-kuntratt mal-Vitals, kelliem għan-Nexia BT Manuel Castagna, qal li x-xhieda tiegħu fil-qorti kienet li l-kumitat ta’ aġġudikazzjoni li…

Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Kronaka

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

Aktar