Il-knisja ta’ Kristu Re tiċċelebra 50 sena mill-Konsagrazzjoni

Lejlet il-Festa Liturġika ta’ Kristu Re, li se tiġi ċċelebrata l-Ħadd li ġej, il-Knisja Parrokkjali Kristu Re f’Raħal Ġdid għada se tagħti bidu għal sena ta’ ċelebrazzjonijiet li jfakkru l-ħamsin anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-knisja dedikata li Kristu Re. Il-Kappillan tal-parroċċa Kristu Re, Dun Marc Andre Camilleri, qal li dan l-avveniment importanti fl-istorja tal-parroċċa se jitfakkar b’attivitajiet liturġiċi, kulturali u soċjali.

Il-parroċċa ta’ Raħal Ġdid twaqqfet mill-Isqof Pietru Pace fl-1910 dedikata lill-Qalb ta’ Ġesù, u l-Knisja parrokkjali dak iż-żmien kienet il-Knisja ta’ Sant’ Ubaldeska. Fi Frar tal-1924 tqegħdet l-ewwel ġebla tal-Knisja l-ġdida li bdiet isservi bħala knisja parrokkjali f’April tal-1936. Fuq talba tal-Pawlisti, l-awtoritajiet tal-Knisja taw l-approvazzjoni biex it-titular tal-parroċċa jinbidel għal dak ta’ Kristu Re. F’Ġunju tal-1967, l-Arċisqof Mikiel Gonzi kkonsagra l-knisja parrokkjali ta’ Raħal Ġdid bit-titular l-ġdid.

Il-Kappillan Dun Marc Andre Camilleri qal li dan il-50 anniversarju huwa punt importanti fl-istorja tal-parroċċa.

“Il-ġurnata tal-konsagrazzjoni tal-Knisja hija qisu l-qofol ta’ dik il-ħidma kollha li ssir qabel, jiġifieri frott il-ġenerożità tan-nies u l-ħidma tagħhom, li ħolmuha fil-bidu u bnewha, dakinhar ġie offrut lil Alla. Jiġifieri minn dakinhar ma baqax biss ix-xogħol t’idejhom dan il-post, imma sar ukoll id-dar t’Alla. Dakinhar ġie l-Arċisqof li dilek il-pilastri tal-Knisja biex ifisser li l-Knisja mibnija fuq il-pedament tal-appostli, ikkonsagra l-artal, u għalhekk din il-binja kollha ġiet offruta kollha kemm hi lil Alla u għas-servizz tiegħu.

Il-Kumitat organizzattiv imwaqqaf biex jieħu ħsieb il-programm ta’ dan l-anniversarju ħejja għadd ta’ attivitajiet marbuta ma’ dati importanti li jfakkru l-istadji differenti tal-bini tal-Knisja. Il-qofol jintlaħaq fit-3 ta’ Ġunju, għax f’dik id-data fl-1967 kienet saret il-Konsagrazzjoni.

“Inkunu wkoll nistgħu nżuru l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Kont il-ħabs u ġejt iżżurni qalilna l-Mulej u għalhekk aħna bħala parroċċa ħajja se nwasslu dak li nemmnu fih lil dawn ħutna wkoll li jgħixu fil-parroċċa tagħna.

Il-Knisja Parrokkjali Kristu Re Raħal Ġdid, li hi l-akbar Knisja f’Malta. Mill-2010 sar restawr estensiv fosthom fl-indurar tal-knisja, restawr tal-pulptu tal-injam u altar ġdid tas-sagrament.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar