Budget
Il-KNŻ jilqa’ l-miżuri mmirati li jsostnu l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) jilqa’ l-miżuri mmirati biex isostnu l-kwalità tal-ħajja taż-żgħażagħ f’dan iż-żmien tal-pandemija.

Il-KNŻ jinnota li għalkemm qed jiddaħħlu tliet xhur wara, il-proposti tiegħu dwar l-istudenti ġew milqugħa u se jiddaħħlu fis-seħħ.

Il-KNŻ issa jappella li l-ħlas dovuti lill-istudenti jingħataw mill-aktar fiss possibbli sabiex titneħħa d-diskriminazzjoni li kien hemm bejn l-istudenti li jaħdmu u l-kollegi tagħhom fuq ix-xogħol.

Dwar il-proposti biex tissaħħaħ is-saħħa mentali fost iż-żgħażagħ, il-KNŻ b’dispjaċir jinnota li s-servizzi mhux se jiżdiedu.

Minkejja dan il-KNŻ iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jirriklamaw is-servizzi eżistenti biex aktar żgħażagħ jagħmlu użu minnhom.

Aħbarijiet Oħra

Illum waranofsinhar u għada filgħodu, Infrastructure Malta se tiftaħ il-korsiji ġodda tal-proġett Central Link fl-Imrieħel, Ħal Balzan u Ħ’Attard. Hekk kif se jinfetħu dawn il-korsiji ġodda fid-direzzjoni mill-Imrieħel lejn Ħ’Attard,…

Malta reġgħet ikklassifikat fl-ewwel post minn fost 36 pajjiż għas-servizzi pubbliċi online li tipprovdi. Is-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iżlanda, Norveġja,…

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 42 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,303 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 18-il persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-8am fi Triq ix-Xatt, il-Kalkara, bejn vettura tal-għamla Hyundai, misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti l-Kalkara u…

Aktar