Kultura
Il-komiku u d-drammatiku jsibu posthom f’Nostalġija fuq TVM

Fl-aħħar ta’ Marzu se tibda drama televiżiva ġdida fuq TVM bl-isem ta’ Nostalġija. Din titratta l-ħajja fi tliet irħula Maltin, b’użu ta’ 35 djalett differenti. F’din id-drama se jkun hemm taħlita komika u anki serja, bis-sehem ta’ 90 attur, ħafna minnhom popolari.

Crew ta’ TVM mar isegwi l-ġbid ta’ din is-serje li tikkonsisti f’35 episodju.

Nostalġija titratta l-istorja ta’ tliet komunitajiet f’ Ħal Kbir, Ħal Waħdi u Ħal Ħieles. Il-kittieb ta’ din id-drama u producer Ronald Saliba, li huwa wkoll attur rinomat, qal li x-xogħol ilu għaddej għal diversi xhur u li l-istorja hija bbażata fuq kif jgħixu n-nies fi tliet komunitajiet differenti, b’użu ta’ diversi djaletti Maltin.

“Hemm ħafna sitwazzjonijiet li jfakkruna fl-imgħoddi u fil-ħajja li ngħixu llum; għandek sitwazzjonijiet komiċi li jbażwruk bid-daħq u hemm drammatiċi , hemm minn kollox għal kulħadd,” spjega s-Sur Saliba.

Bħalissa għaddej il-ġbid tas-sensiela f’diversi lokalitajiet bis-sehem ta’ diversi atturi, fosthom dawk rinomati bħal Narcy Calamatta, Josephine Mahoney, u Frida Cauchi, Herman Bonaci u Tereża Gauci. Id-direzzjoni ta’ din id-drama televiżiva hija f’idejn Charles Stroud, magħruf għad-direzzjoni tiegħu f’diversi drama televiżivi fuq TVM li kienu kisbu suċċess kbir, fosthom Baħar Wieħed.

“Atturi kapaċissimi, esperjenza li vera għalkemm ili f’dan ix-xogħol dejjem titgħallem u tieħu pjaċir u b’kelma jieħdu l-interpretazzjoni, u idjomi Maltin, u nara li jkolli xogħol sabih tal-istampa”

Nostalġija se tibda tintwera fid-29 ta’ Marzu, kull nhar ta’ Tnejn fid-9.00pm fuq Television Malta.