Il-komunità Musulmana b’xewqa għal żewġ Moskej ġodda u skola akbar

Il-Moskea ta’ Kordin li nbniet  fis-snin sebghin tidher li saret żgħira wisq ghal komunità Iżlamika f’Malta. tvm.com.mt huwa infurmat li l-komunita Iżlamika li tgħodd mal-10,000 ruħ tixtieq żewġ Moskej oħra u sadanittant qed tuża appartamenti konverti għal postijiet tat-talb tal-Musulmani.

Il-komunità Musulmana madwar id-dinja kibret sew u hija stabbilità f’madwar 200 pajjiż fil-kontinenti kollha. F’Malta huwa stmat li l-komunità Musulmana tlaħħaq bejn 9,000 u l-10,000 ruħ. Iż-żieda fl-aħħar snin ta’ din il-komunità – partikolarment bin-numru ta’ immigranti li ngħataw status ta’ refuġjati – wasslet biex il-Moskea f’Raħal Ġdid saret żgħira wisq biex fiha jsir it-talb minn din il-komunità.

moskeaJidher li n-nuqqas ta’ spazju fil-Moskea ta’ Raħal Ġdid wassal biex f’diversi lokalitajiet nibtu Moskej żgħar, li normalment huma appartamenti jew garaxxijiet taħt il-livell tat-triq.

Fl-aħħar jiem TVM wasallu informazzjoni li fi Triq iċ-Ċern, f’Buġibba, post li ġie kkonvertiet f’appartament qed jintuża bħala moskea. Krew taċ-Ċentru tal-Aħbarijiet mar fuq il-post fejn stajna ninnutaw persuni jitolbu f’dan il-post u għal ħabta ta’ nofsinhar bdew ifeġġu numru ta’ Musulmani li qabel daħlu fil-Moskea biex jitolbu, neħħew iż-żraben.

Waqt li konna qed nosservaw dak li kien qed jiġri, avviċinawna żewġ persuni li kienu qed jitolbu fil-Moskea fejn stidnuna nidħlu ġewwa biex naraw b’għajnejna li kulma qed jagħmlu huwa li jitolbu. Tkellem ma TVM, Abdel Aziz, li ilu jgħix Malta 21 sena, u qal  li huma jmorru biex jitolbu. Għandhom ħames darbiet kuljum x’ħin iridu jitolbu, u meta ma jkunx xogħol imorru jitolbu mill-Moskea. Aziz kompla jgħid li jkunu qrib mitt persuna u drabi oħrajn inkunu qrib l-40 jew 50. Imorru nies mil-Libja, Tuneżija, Marokk, Eġittu, Lebanon, Pakistan, Indja u mill-Afrika kollha.

TVM huwa nfurmat li l-World Islamic Society hija fil-ħsieb li tibni sa żewġ Moskej sabiex tlaħħaq mad-domanda tal-Kommunità Musulmana.

Intant, TVM huwa nfurmat ukoll li l-World Islamic Society uriet interess mad-Dipartiment tal-Artijiet fl-art li tinsab wara l-Moskea f’Raħal Ġdid biex titkabbar l-Iskola Miriam Al Baltool. Il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ skola sekondarja, gym, u parkeġġ taħt l-art. Huwa ippjanat li l-iskola se tkun mibnija fuq tlett sulari f’żona ta 1,500 metru kwadru.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Filmat imxandar minn TVM kien strumentali biex tliet ‘bouncers’ instabu ħatja li weġġgħu gravi lil żewġt irġiel f’Paceville. Fil-ftuħ tas-sentenza l-Maġistrat Joseph Mifsud iddikjara li l-każ kien wasal quddiem il-Qorti wara…

Qorti

Mill-investigazzjoni nstab li Lorin Scicluna kellu erba’ armi tan-nar reġistrati f’ismu fosthom waħda tad-9 millimetri. Qabel ħadu lil Lorin id-Depot, il-Pulizija marru sad-dar tiegħu u minn taħt is-sodda ġew elevati…

Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Qorti

Fil-Qorti, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ suldati akkużati bil-qtil fis-6 ta’ April li għadda ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn…

Aktar