Reliġjon
Il-komunità Iżlamika b’konvenzjoni inter-reliġjuża biex tippromovi d-djalogu

Il-komunità Iżlamika Ahmadiyya li tiltaqa’ għat-talb fil-Gżira tellgħet konvenzjoni inter-reliġjuża biex flimkien ma’ rappreżentanti ta’ reliġjonijiet oħra tippromovi d-djalogu ħalli tinħoloq atmosfera ta’ mħabba, rispett u tama. Il-konvenzjoni nżammet fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa fl-Imsida.

Id-djalogu bejn rappreżentanti tar-reliġjonijiet huwa l-għodda li qed tintuża biex dawk li jemmnu jifhmu aktar lil xulxin ħalli flimkien joħolqu atmosfera ta’ paċi, imħabba u rispett minkejja d-diversità fit-twemmin. Il-Komunità Iżlamika Ahmadiyya ħasset li għandha toħloq opportunità ta’ djalogu fejn rappreżentanti ta’ reliġjonijiet differenti jitkellmu dwar it-twemmin tagħhom ħalli tissaħħaħ il-ħbiberija. Il-konvenzjoni li nżammet fiċ-Ċentru Familja Mqaddsa f’Imsida kellu t-tema ‘Imħabba għal Kulħadd, mibegħda lejn ħadd’.

Laiq Ahmed Atif, il-President t’Ahmadiyya Musulmana “nagħtu għarfien lill-komunità tagħna dwar l-Iżlam u kif għandhom jgħixu fis-soċjetà bħala ċittadini responsabbli, għandhom juru rispett lejn kulħadd u jgħinu lill-kulħadd li huwa fil-bżonn.”

Il-President Ahmed Atif qal li l-konvezjoni kellha li jintbagħat messaġġ ta’ għaqda.

Laiq Ahmed Atif qal “nies ta’ twemmin differenti li jgħixu f’Malta u nibagħtu l-messaġġ li għalkemm ir-reliġjonijiet jkunu differenti iżda bħala bnedmin umani nistgħu niffukaw fuq affarijiet komuni bejnietna sabiex nagħmlu s-soċjetà aħjar.”

Fr John Barry li huwa d-deligat tal-Kummissjoni Djoċesana għad-Djalogu Interreliġjuż tal-Knisja qal li d-djalogu reliġjuż joħloq kultura ta’ paċi u anke jibni pontijiet bejn ir-reliġjonijiet.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha l-għeruq fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u hi mnebbħa mill-valuri Kattoliċi fosthom li tkun ta’ servizz għall-oħrajn. Il-missjoni tagħha hi li ssalva l-ħajjiet tan-nies billi tkun minn tal-ewwel biex…

Lokali

Residenti li spiċċaw b’parti mid-dar tagħhom imwaqqa’ fi G’Mangia, qalu li TVM li saħansitra spiċċaw jorqdu barra minħabba l-biża’ li xi ħadd seta’ jispiċċaw jidħol u jisraqilhom oġġetti ta’ valur…

Saħħa

Daqshekk pastizzi, pizez, burgers u ċerti xarbiet mill-kafeteriji, ħwienet u magni fl-Isptar Mater Dei f’inizjattiva li biha qed jintbagħat messaġġ favur ikel u xorb tajjeb għas-saħħa. TVM jista’ jikkonferma li…

Kultura

F’Ta’ Qali qed issir fiera iddedikata għall-kaċċa b’aspetti mill-wirja jelenkaw aspetti mill-mod kif qed tkun ipprattikata l-kaċċa f’Malta u lil hinn minn xtutna. It-tradizzjoni tal-kaċċa spiss tqanqal reazzjonijiet kuntrastanti iżda…

Aktar