Lokali
Il-komunità Kurda f’Malta u l-Moviment Graffitti jikkundannaw l-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr provokazzjoni mill-istat Tork fuq komunitajiet f’din iż-żona fis-Sirja magħrufa bħala Rojava u li qed twassal għal imwiet u ċaqliq sfurzat ta’ bosta persuni.

L-attivisti allegaw li t-Turkija qed tuża militanti Iżlamiċi biex twettaq il-gwerra tagħha fuq il-komunitajiet fir-Rojava u esprimew tħassib għal dikjarazzjonijiet mill-President Tork Erdogan li qal li jrid ibiddel id-demografija tat-Tramuntana tas-Sirja. Qalu li l-komunitajiet Kurdi u komunitajiet oħra qegħdin jiffaċċjaw ir-riskju li jinqerdu minn partijiet kbar tas-Sirja permezz ta’ tindif etniku.

L-attivisti tal-komunità Kurda f’Malta u l-Moviment Graffitti appellaw lid-dinja tieħu azzjoni quddiem l-invażjoni Torka, il-massakru tal-komunitajiet fiż-żona u t-theddida li qed joħloq il-gvern Tork mill-militanti tal-Istat Iżlamiku. Ħeġġew ukoll lill-Gvern Malti jonora l-obbligi Kostituzzjoni li jaħdem għall-paċi billi jinforma lill-Ambaxxatur Tork li Malta topponi  l-invażjoni Torka f’din iż-żona fis-Sirja.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar