LGBTIQ
Il-Komunità LGBTIQ tħejji għal edizzjoni oħra tal-Malta Pride Parade

Il-Komunità LGBTIQ qed tħejji għal edizzjoni oħra tal-Malta Pride Parade, bl-organizzaturi jgħidu li din hija ċelebrazzjoni tad-diversità kif ukoll tad-drittijiet ġodda miksuba għall-komunità li poġġew lil Malta fuq quddiem nett fil-klassifika dinija tar-rispett tad-drittijiet tagħhom.

Għal persuni li jiffurmaw parti mil-komunità LGBTIQ, il-Malta Pride Parade hija attività li jistennew kull sena, biex bħalma jsir f’diversi pajjiżi oħra, persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti, jiċċelebraw id-diversità tagħhom. Diversi għaqdiet mhux governattivi viċin din il-komunità li huwa stmat li tirrapreżenta aktar minn 10% tal-popolazzjoni qed jippreparaw għaċ-ċelebrazzjoni tas-Sibt li ġej, fosthom b’karrijiet, b’mużika u żfin fost oħrajn.

Għal David Bajada, persuna attiva fil-komunità LGBTIQ din l-attività għandha sinifikat qawwi għall-komunità kollha.

David Bajada qal “il-fatt li jsiru dawn l-attivitajiet in-nies jifhmu aktar, nies jaħsbu li huma biss parties, make up imma hija iktar minn hekk, hemm imħabba, għaqda, familji”.

Peter Gatt li huwa magħruf fix-xena drag għax jilbes ta’ mara bl-ilbies għall-okkażjoni, qalilna li waqt dil-parata jħoss li jista’ jesprimi dak li hu u d-diversità tiegħu.

Peter Gatt qal “meta toħroġ tara n-nies jissaportjawk, inħossu l-istess atmosfera u dak li jagħmel pride differenti minn affarijiet oħra li jkun hemm”.

Madanakollu mhux kulħadd jaqbel ma’ attività bħal din fosthom grupp li jsejjaħ lilu bħala Pro Malta Christiana li lejliet l-parata ser jorganniza attività ta’ talb tar-rużarju b’riparazzjoni għall-Gay Pride Parade.

TVM talab il-kummenti ta’ dan il-grupp iżda kelliem għall-grupp qal li ma xtaqx li jagħti iktar kummenti mill-istqarrija li ħareġ li fiha wera u diżappunt għall-fatt li l-Kurja ddisassoċjat ruħha minn din l-attività meta l-grupp huwa magħmul minn Kristjani attivi u prattikanti.

Din l-attività li ġiet imxerrda fuq Facebook qed issir minn Pro Malta Christiana, li kif ikkonfermat kelliema għall-Knisja f’Malta ma tiffurmax parti mill-Knisja Maltija. Fil-kummenti li tat lil TVM, il-Kurja qalet li l-Knisja tirrispetta lill-persuni ta’ kull orjentazzjoni sesswali u tagħraf id-dinjità ta’ kull wieħed u waħda minnhom.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Iż-żmien jagħmel tiegħu u meta jkun mgħejjun minn elementi bħall-ilma u t-tniġġiż jaf ikun l-ikbar għadu għall-opri tal-arti fis-soqfa tal-knejjes tagħna. Il-Kolleggjata ta’ San Pawl fil-Belt tiffaċċja spiss il-problema tal-ilma…

Saħħa

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex tiġi introdotta kard speċjali għal persuni li għandhom imġiba diffiċli, biex fost oħrajn f’każi severi ta’ awtiżmu jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jinqdew…

Politika Lokali

Il-Kamra tad-Deputati iddiskutiet mozzjoni mressqa mill–Oppożizzjoni dwar dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black fuq talba li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li l-Kamra kellha tiddiskuti kull allegazzjoni li…

Aktar