Reliġjon
Il-komunità Musulmana f’Malta tfakkar il-vittmi ta’ New Zealand b’velja ta’ talb

Il-komunità Musulmana f’Malta ngħaqdet fil-velja ta’ talb biex tfakkar il-vittmi ta’ Christchurch fi New Zealand u turi solidarjetà mal-familjari tagħhom. Is-servizz ta’ talb sar fiċ-Ċentru Iżlamiku f’Raħal Ġdid u tmexxa mill-Imam Mohammad Elsadi.

Il-Viċi Prim Ministru, Chris Fearne, iċ-Chairman ta’ Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo, il-Kap tal-Partit Demokratiku, Godfrey Farrugia u l-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, kif ukoll il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo u David Agius intlaqgħu mill-Iman fil-Moskea.

L-Imam irringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat talli kkundanna l-attakk fuq il-Musulmani fi New Zealand u anke lill-Gvern ta’ New Zealand għall-mod kif mexa quddiem dan l-attakk imdemmi.

Il-Viċi Prim Ministru Fearne qal lit-terroriżmu mhux kwistjoni ta’ etniċi jew reliġjon iżda ta’ nies li jridu jwettqu attakki vjolenti. Il-Ministru Bartolo qal li aħna lkoll bnedmin u għandna nirrispettaw lil xulxin.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Aktar