Lokali
Il-Komunità Serba f’Malta b’ħidma biex ixxejjen il-preġudizzji

Il-Komunità Serba f’Malta, qed tagħmel l-almu tagħha biex ixxejjen il-preġudizzju li kiber kontra s-Serbi wara li wħud minnhom kienu involuti f’reati. F’intervista ma’ tvm.com.mt, il-President tal-komunità Serba f’Malta qal li l-komunità Serba se tibqa’ attiva fil-promozzjoni tal-integrazzjoni biex il-benefiċċji ta’ soċjeta multikulturali jitwasslu lis-soċjetà.

L-aħħar każijiet ta’ kriminalità li fihom kienu involuti ċittadini mis-Serbja, mhux biss ħassbu lill-Maltin, iżda ukoll lill-komunità Serba f’Malta. Dr Predrag Andrejavic, il-President tal-Komunità Serba f’Malta u li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar 26 sena, qal li dawn il-każijiet mhux aċċettabbli u qed itappnu r-reputazzzjoni tajba tas-Serbi li ħafna minnhom huma professjonisti.

“Now we face what I say is economical immigrants. Mostly very young people in early 20’s who probably think, behave differently. Now with people who lived longer here there will be interaction with this younger people and learn that what they used to do somewhere else is not acceptable here.”

Il-Kirurgu Dr Andrejavic, qal li sa seba’ snin ilu, iċ-ċittadini Serbi f’Malta kienu ferm inqas milli huma llum.

“We were about what we think about a few hundreds living in Malta mostly married or long time employed here… How many Serbians today are living in Malta? That is a question we would like to know. With official sources we got information that the Serbs who are ex-patriots, excluding those who have changed citizenship or required citizenship and with work permits, are about 1,300. But in reality the number is much larger.”

Minn informazzjoni mgħoddija lil TVM mill-Korp tal-Pulizija, is-sena l-oħra, il-Pulizija arrestaw 14-il Serb mid-Distrett tal-Qawra, San Pawl il-Baħar u Buġibba fuq sokor, ksur ta’ paċi pubblika, theddid, pussess ta’ armi bil-ponta, mużika għolja, fastidju, ma obdewx ordnijiet tal-Pulizija, kif ukoll li kkaġunaw feriti fuq ħaddieħor.

Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, numru ta’ Serbi tressqu l-Qorti akkużati b’reati serji. Fosthom is-Serb li jinsab akkużat li faqa’ tazza f’wiċċ barman fil-bidu ta’ dan ix-xahar fil-Qawra; il-mara Serba li tinsab akkużata li qatlet żewġ anzjani f’Buġibba; filwaqt li għadha għaddejja tfittxija għal numru ta’ Serbi li fil-bidu tas-sena kienu involuti fi ġlieda f’diversi toroq ta’ Buġibba li fiha ntużaw baseball bats.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar