Lokali
“Ftit qabel l-inċident konna bilqiegħda ħdejn xulxin nisimgħu Quddiesa”

Il-komunità Żabbarija dalgħodu qamet maħsuda għat-telfa ta’ Graziella u Fallon Mallia.

Graziella u Fallon tilfu ħajjithom fl-inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fl-Imġarr.

Kienu bosta li esprimew id-dieqa tagħhom għal din it-telfa.

Is-Soċjetà Filarmonica Maria Mater Gratiae sellmet il-memorja tagħhom. Graziella kienet ex bandista tas-Soċjetà.

Fuq Facebook kienu bosta nies li studjaw strument ma’ Graziella li sellmu l-memorja tagħha.

Anke l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar sellmet il-memorja tagħhom.

Oħrajn li kienu l-iskola ma’ Fallon ukoll fakkru xi memorja tagħhom meta kienu skola flimkien.

Graziella u Fallon kienu jissapportjaw lil-Liverpool u kienu membri tal-Liverpool Supporters club Malta. Fuq Facebook, Liverpool Supporters club Malta esprima n-niket tiegħu għat-telfa tal-omm u l-bint.

Ftit ħin qabel ma seħħ l-inċident Graziella u Fallon kienu l-Quddies ma’ familja li wkoll hija supporter tat-tim tal-Liverpool.

Ara wkoll:

Graziella u Fallon Mallia l-vittmi tal-inċident fl-Imġarr

FILMAT: Żewġ nisa mejta u 7 midruba f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura qalet li tinsab ippreokkupata bl-għadd ta’ irjus ta’ tonn, karkassi u tonn sħiħ fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni li qed jiġi rrapurtat dan l-aħħar. Fi stqarrija,…

Droga

Maqbud u mkisser bil-vizzju tad-droga fi skiet ta’ daru anke ‘l bogħod minn għajnejn familtu, illum li temm il-kors tal-Caritas b’suċċess għat-tieni darba, Alfred (isem fittizju) jgħid li l-akbar rimors li…

Lokali

Infetħet mill-ġdid għall-pubbliku l-bajja tal-Balluta wara li tlesta l-proġett biex jittella’ r-ramel minn qiegħ il-baħar biex iffurmat mill-ġdid il-bajja ramlija. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li grazzi għall-Awtorità tat-Turiżmu, din…

Lokali

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska eluf ta’ sigaretti, tabakk u fliexken ta’ xorb minn bosta lokalitajiet madwar Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li kkonfiskat 3,740 sigarett, 21.6 kilogrammi tat-tabakk, 3,727 flixkun ta’…

Aktar