Knisja Maltija
Il-Konsagrazzjoni u l-Ingress Solenni tal-isqof il-ġdid ta’ Għawdex se jsiru fit-13 ta’ Settembru

Id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret li l-konsagrazzjoni ta’ Monsinjur Anton Teuma bħala d-disa’ isqof tad-djoċesi u l-ingress solenni tiegħu fil-Katidral fil-Belt Victoria ser isir fit-13 ta’ Settembru filgħaxija.

Bħala motto għall-episkopat hu għażel silta mill-Vanġelu ta’ San Luqa: “U baqa’ miexi magħhom.” Dan jirreferi għall-ġrajja tal-laqgħa ta’ Ġesu’ maż-żewġ dixxipli fit-triq lejn Għemmaws.

Intqal li l-motto se jkun parti mill-istemma tal-isqof il-ġdid. Id-Djoċesi ta’ Għawdex qalet li bl-għażla ta’ dan il-motto ir-ragħaj spiritwali l-ġdid jixtieq iwassal l-“aħbar it-tajba” li Ġesu’ dejjem lest li jimxi mal-bniedem fl-ispirtu tas-simgħ, tal-akkoljenza, tal-komprensjoni, tal-imħabba, tat-tama u tal-ħelsien lil kull persuna. Dan jagħmlu b’empatija, akkumpanjament u entużjażmu.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar