Aġġornat: Il-konsorzju Electrogas Malta se tibni l-power station tal-gass – Ministru Mizzi

Il-konsorzju privat ‘Electrogas Malta’ se jkun qed jibni l-power station tal-gass u l-faċilitajiet għall-ħażna tal-gass f’Dellimara, ħabbar il-Ministru għall-Enerġija, Konrad Mizzi.

Il-bidder preferut intagħżel mill-Gvern wara sejħa t’interess Internazzjonali u proċess tal-għazla li ġie deskritt mill-Gvern bħala ‘rigoruż u trasparenti’ li ħa biss sitt xhur.

Il-konsorzju magħzul hu magħmul minn Siemens Project Ventures GmbH, kumpanija sussidjarja tal-grupp kbir Ġermaniż, il-GASOL Plc, kumpanija rreġistrata Londra, b’investiment kbir fil-punent tal-Afrika; is-SOCAR Trading li hija kumpanija taż-żejt tal-Gvern Ażerbajġan u GEM holding, kumpanija bi sħab bejn il-kumpaniji Maltin Gasan Group u Tumas Group.

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi spjega li l-konsorzju se jibni u jħaddem powerstation ta’ 200 megawatt, faċilitajiet għall-ħazna tal-gass u infrastruttura biex tkun tista’ tforni l-gass lill-enemalta biex tħaddem il-powerstation tal-BWSC li tinqaleb għall-gass ukoll.

Il-Ministru tal-Enerġija Mizzi ħabbar ukoll li jinbena kollox, l-Electrogas Malta se tbiegħ il-provvista tal-gass lill-Enemalta għall-perjodu ta’ 18 -il sena u bi prezz fiss għall-ewwel ħames snin.

Dr. Mizzi qal li l-Gvern innegozja prezz fiss għall-ewwel ħames snin u żgura li l-prezzijiet fil-futur se jkunu dejjem irħas milli kieku jinxtara ż-żejt/

Dr.Konrad Mizzi u l-kap eżekuttiv tal-Enemalta Lious Giordamiana spjegaw li dan il-ftehim se jagħmilha possibli li minn Marzu li ġej jorħsu il-kontijiet tad-dawl għall-familji b’25%.

Il-Ministru tal-Enerġija spjega ukoll li l-proġett miexi skont l-iskeda u qal li l-bini kollu se jitlesta fl-2015. Qal li dan il-proġett mhux biss jiżgura stabilita’ fil-provvista tal-enerġija iżda titjieb il-kwalita’ tal-arja u li Malta tkun f’pożizzjoni aħjar li tilħaq il-miri ewropej sal-2020.

Ritratt: Arkivji

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar