Lokali
“Il-konsumaturi għandhom id-drittijiet ukoll fosthom li jkollhom saqaf fuq rashom” – L-Għaqda tal-Konsumaturi

L-Għaqda tal-Konsumaturi qalet li fis-suq tal-propjetà l-konsumaturi għandhom drittijiet ukoll. Fi stqarrija, l-Għaqda rreferiet għal dak li sejħet kummenti negattivi fuq il-liġi proposta dwar il-kirjiet, waqt laqgħa tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi.

Hija qalet li waqt li kull min għandu propjetà għandu dritt li jużaha, il-konsumaturi għandhom id-drittijiet tagħhom ukoll fosthom li jkollhom saqaf fuq rashom.

Intqal li dan hu dritt bażiku ta’ kull bnieem u l-ebda manuvrar fis-swieq ma jista’ jċaħħad dan.

Fl-istqarrija ntqal li ħadd m’għandu dritt li bl-azzjonijiet tiegħu jisfrutta s-suq u joħloq il-faqar u jitfa’ l-piż ta’ dan il-faqar fuq is-soċjetà.

Intant, 15-il għaqda li jaħdmu fil-qasam soċjali fi stqarrija esprimew id-diżappunti li l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi u l-Partit Nazzjonalista qed jippruvaw ineħħu numru ta’ obbligi bażiċi tas-sidien tal-kera li qegħdin fl-abbozz tal-liġi dwar il-kera.

L-għaqdiet qalu li jinsabu perplessi li issa l-MDA u l-Partit Nazzjonalista jidhru li qed jissuġġerixxu li jridu li dawn l-obbligi bażiċi imposti mill-abbozz fuq is-sidien tal-kera jitneħħew. Insistew li r-regoli u l-obbligi marbutin mal-kera ma jistgħux jitqiesu bħala toqol fuq is-sidien. Qegħdin hemm sempliċiment biex jistabbilixxu naqra diċenza bażika

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Charles Caruana Carabez, Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, qal li se jibda jinvestiga l-isfida dejjem tikber tan-nuqqas ta’ għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni, li fi kliemu tinsab f’xifer ta’ kriżi. Waqt li kien…

Edukazzjoni

Skola partikolari li ddeċidiet li tibda tibgħat iċ-ċirkolari lill-ġenituri bl-Ingliż biss ħolqot dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali. Kien l-awtur Trevor Zahra li fuq Facebook ippubblika parti miċ-ċirkolari ta’ din l-iskola…

Enerġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja ż-żieda fil-prezz taż-żejt wara l-attakki li seħħew fuq il-faċilitajiet taż-żejt fl-Arabja Sawdija, il-Gvern mhux qed jippjana li jgħolli l-kontijiet. Il-Prim Ministru qal dan…

Aktar